Left arrow Go Back

Il-Ministru Charles Buhagiar jiltaqa' mat-Taqsima tas-Servizzi Pubblici tal-GWU

PR2094
Date Icon 04/12/1996
Il-pagi ta' Dicembru tal-haddiema tal-Korporazzjoni ta' l-Ilma sejinghatawlhom minkejja li l-Korporazzjoni hija falluta. Dan qalu l-Ministru Charles Buhagiar f'laqgha li huwa kellu mat-Taqsima tas-Servizzi Pubblici tal-General Workers Union. Il-Ministru Buhagiar qal li minkejja l-problemi finanzjarji kbar li ghandha l-korporazzjoni l-pagi tal-haddiema xorta wahda se jinghatawlhom. Huwa qal li f'Jannar li gej meta se jitressaq il-budget se jkun hemmn restrutturazzjoni fil-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma.
F'din il-laqgha is-Sur Mario Cutajar ippropona li fil-Bordijietfuturi tal-Korporazzjoni ta' l-Ilma jkun hemm ukoll Direttur-Haddiem. Il-Ministru Buhagiar laqa' din il-proposta u qal li din se tkun diskussa fiz-zmien li gej. Huwa qal li lest li fil-jiem li gejjin ikompli jiddiskuti l-qaghda tal-haddiema fi hdan il-Koporazzjoni ta' l-Ilma fl-isfond ta' l-ahhar zviluppi.
Fil-laqgha gew diskussi wkoll is-sahha, s-sigurta u l-ambjent fuqil-post tax-xoghol. Il-Ministru Buhagiar qal li fil-pjanijiet tieghu hemm il-hsieb li jkun hemm unit gdid bl-ghan li jrawwem "awareness" fost il-haddiema infushom dwar il-bzonn li jiehdu hsieb is-sigurta fuq xoghlhom. Huwa qal li din il-unit edukattiva se tghin biex il-haddiema ikollhom aktar incentivi u motivazzjoni ghal xoghol ahjar.
Fil-laqgha hadu sehem is-Sur David Mallia, liasion officer bejnil-Ministeru u l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma, u s-Sur Lewis Marsh u s-Sinjura Josephine Attard Sultana mit-Taqsima Servizzi Pubblici tal-General Workers Union.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow