Left arrow Go Back

Imfakkra it-Tragedja ta' l-Gharqa tat-30 ta' Ottubru 1948

PR1847
Date Icon 11/11/1996
Nhar is-Sibt, 9 ta' Novembru gie mfakkar it-48 Anniversarju tat-Tragedjatat-30 t'Ottubru 1948.
Giet ikkoncelebrata Quddiesa b'suffragju ghall-vittmi ta' din it-tragedjaminn Mons. Anton Saliba, Arcipriet tal-Gharb, fuq il-vapur 'Calypsoland'. Kienu prezenti ghal din ic-cerimonja l-Onor. Anton Refalo, Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, l-Onor Anton Tabone, l-Onor Giovanna Debono, sindki ta' diversi lokalitajiet u qraba tal-vittmi.
F'kelmtejn ghall-okkazjoni, l-Onor. Anton Refalo fakkar fil-herqata' dawn il-vittmi biex jergghu lura lejn darhom u l-familjari taghhom wara gurnata xoghol f'Malta li wasslet ghal din it-tragedja. L-Onor. A. Refalo sahaq fuq l-impenn ta' din l-Amministrazzjoni Gdida biex kemm hu possibli jinstab impjieg f'Ghawdex ghal haddiema Ghawdxin, u fejn dan mhux possibli, isir dak kollu li hemm bzonn biex il-Haddiema Ghawdxin f'Malta ikollhom l-ahjar kundizzjonijiet u facilitajiet.
Wara l-Quddiesa sar tfigh ta' fjuri u kuruni fil-bahar fil-posttat-Tragedja, u tqeghid ta' kuruni mill-Onor. Anton Refalo, mistednin u l-qraba tal-vittmi taht l-irhama kommemorattiva fl-Imgarr, Ghawdex.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow