Left arrow Mur Lura

Il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici jwiegeb lill-kelliem ta' l-oppozizzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur

PR1602
Date Icon 09/10/1996
B'risposta ghal dak qal fuq id-drittijiet tal-konsumatur,il-kelliem ta' l-opozizzjoni dwar il-kummerc, is-Sur Leo Brincat, Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, il-Prof. Josef Bonnici qal li l-Gvern prezenti jimxi bil-fatti u mhux bil-paroli.
"Meta lliberalizzajna l-kummerc tajna d-dritt ta' l-ghazlalill-konsumatur, wara li dan id-dritt kien gie fgat mill-Gvern Laburista bis-sistemi tal-bulk-buying. Kien dan il-Gvern Nazzjonalista li mbaghad ghadda l-Ligi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u d-Dipartiment ghall-Affarijiet tal-Konsumatur inghata s-sahha legislattiva li kien hemm bzonn biex il-konsumatur jiehu dak li haqqu u jkun jista' jilqa' ghall-abbuz fis-suq. Wara, il-Gvern Nazzjonalista waqqaf il-Kunsill u t-Tribunal ghat-Talbiet tal-Konsumatur, li permezz taghhom, il-konsumatur ghandu mezz kif bi ftit flus, u b'mod informali, jiehu rimedju fil-konfront tieghu mal-kummercjant fuq oggetti jew servizzi sa Lm500.
Din is-sena biss, kien hemm madwar 500 ilment li d-Dipartimentikkonkluda ghas-sodisfazzjon tal-konsumatur. Barra minhekk, id-Dipartiment jaghti pariri kemm lill-konsumaturi, kif ukoll, lill-kummercjanti biex dawn jaghrfu ahjar kif ghandhom jimxu fis-suq. Fl-1996, id-Dipartiment diga` laqa' mal-800 'enquiry' mill-pubbliku. Fejn kien hemm il-htiega, ittiehdu passi bil-Qorti kontra min kiser xi ligi li ghandha x'taqsam dirett mal-konsumatur.
Id-Dipartiment huwa wkoll konxju ta' x'isir barra minn pajjizna,f'dan il-qasam, u huwa membru, fost ohrajn, ta' l-International Market Supervision Network, National Administration of Consumer Agency Administration, etc. B'dan il-mod, il-konsumatur Malti jinghata d-drittijiet kollha li jgawdi l-konsumatur barrani.
Fil-qasam tad-drittijiet tal-konsumatur saru passi kbar. GvernNazzjonalista gab u jkompli jgib bidla kbira f'dan il-qasam.
Altru li l-konsumatur illum ghandu s-sahha. Kien dan il-Gvern li talill-konsumatur l-ghodda kollha li ghandu bzonn biex id-drittijiet tieghu ikunu mharsa.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow