Left arrow Go Back

Estensjoni tad-Drama Unit

PR1326
Date Icon 29/08/1996
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, l-Onor MichaelFalzon, zar is-sit fejn qed issir l-estensjoni tad-Drama Unit. Dan huwa wiehed minn hafna postijiet fejn bhalissa qed isir xoghol ta' kostruzzjoni.
Ix-xoghlijiet li qed isiru jikkonsistu fit-tkabbir ta' blokkimqassam fi tlett sulari fil-kumpless tal-Liceo Maria Regina li jinsab fil-Blata l-Bajda. Dan il-bini ser ikun fih "practice studios" ghal lezzjonijiet ta' moviment, improvvizazzjoni u teknika tar-rectar u "studios" izghar ghal lezzjonijiet ta' rtokk u vuci. F'dan il-kumpless se jkun hemm ukoll "studio theatre" li jesa' madwar mitt ruh fejn l-istudenti ta' l-iskola tad-drama jkunu jistghu jaghmlu r-rapprezentazzjonijiet taghhom. Saru wkoll pjanijiet biex l-ispazju tal-bejt jigi utilizzat fis-sajf ghal attivitajiet ta' l-iskola tad-drama.
Ta' min jghid li din hija l-ewwel skola li giet mibnija appostafit-taqsima ta' l-arti kreattiva.
F'dan il-kumpless se jkun fih librerija specjalizzata li diga'ghandha madwar 800 ktieb li jvarjaw minn xoghlijiet ta' drama ghal kotba ta' ricerka dwar id-drama. Din il-librerija hija ghall-uzu ta' l-istudenti u l-ghalliema ta' l-iskola tad-drama.
F'dan il-kumpless l-istudenti ser ikollhom l-opportunita' lijesperimentaw fl-uzu tad-dwal ghall-palk u fit-teknika tar-rectar ghal "camera".
Permezz ta' dan it-tkabbir ser ikun possibbli wkoll li s-sezzjonital-Youth Services Organization, (YSO), tkun allokata f'dan il-bini gdid fil-Blata l-Bajda ghal koordinament ahjar tal-hidma taghha.
Ghas-sena skolastika li jmiss, diga' applikaw aktar minn mitejnstudent jew studenta. Dawn l-istudenti ser jidhlu f'wahda minn tliet sezzjonijiet li ghandha l-iskola; is-sezzjoni taz-zghar ghal studenti ta' bejn it-12 u l-15-il sena; is-sezzjoni intermedjarja ghal studenti ta' bejn il-15 u s-17-il sena u s-sezzjoni tal-kbar ghal studenti ta' 'l fuq minn 18 il-sena.
Meta dan il-kumpless ikun lest ser ikun possibli wkoll li matul ix-xhurtas-sajf isiru "workshops" fid-drama ghal studenti Maltin u barranin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow