Left arrow Mur Lura

Qed ikun restawrat l-Akwadott fl-Imriehel

PR1300
Date Icon 26/08/1996
Il-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech dalghodu zarix-xoghol ta' restawr li qed isir mid-Dipartiment ta' Tiswija u Restawr tat-Taqsima tax-Xoghlijiet fuq il-parti ta' l-Akwadott ta' Wignacourt li tinsab fl-Imriehel.
Din il-parti kienet tinsab fi stat hazin hafna. Ir-restawr qed isirfuq tul ta' 20 arkata u x-xoghol jinkludi bdil ta' gebel li kwazi tmermer ghal kollox u t-tnehhija ta' bicciet ta' hadid, kanen u materjal iehor li m'ghandu x'jaqsam xejn ma' dan il-wirt storiku.
Dan l-akwadott kien inbena fi zmien il-Gran Mastru Alof deWignacourt biex permezz tieghu jitwassal l-ilma mill-Imdina sal-Belt Valletta. L-ilma kien jingieb minn ghadd ta' spieri fl-inhawi ta' Had-Dingli u jitwassal sa Forti Sant'Iermu, tul ta' 16-il kilometru. Il-progett kien ha hames snin biex tlesta u tul ir-rotta kienu nbnew ukoll diversi funtani u gibjuni ghall-ilma.
Il-Ministru Zammit Dimech, filwaqt li qal li hi x-xewqa tal-Gvernli jkompli jirrestawra l-akwadott kollu, heggeg lis-settur privat kif ukoll lil kull min ghandu ghal qalbu l-wirt naturali u storiku ta' pajjizna biex jaghtu sehemhom ukoll biex dan il-wirt ma jithalliex jinqered b'nuqqas ta' manutenzjoni regolari.
Hu semma wkoll xoghlijiet ohra ta' restawr li qed isiru bhalissamill-istess Dipartiment, fosthom ir-restawr tal-Knisja tal-Madonna tad-Duluri fil-Pietà, il-Kappella tal-Madliena, il-Kappella tal-Kuncizzjoni f'San Giljan u r-restawr u tindif ta' swar u bini storiku iehóor fil-Belt Valletta. Barra minhekk, qed jitwahóólu wkoll il-lifts fil-Palazz Presidenzjali u fil-Berga ta' Kastilja fil-Belt. Hu semma li l-lift fil-Palazz Presidenzjali se jservi ta' beneficcju kbir ghal persuni b'dizabbiltà li sal-lum ma kellhomx il-mezz kif jistghu jaraw dan il-bini storiku.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow