Left arrow Mur Lura

Tigrijiet tradizzjonali ta' Santa Marija f'Ghawdex

pr1260
Date Icon 16/08/1996

Nhar il-Hamis, il-15 ta' Awissu, 1996, festa ta' Santa Marija, fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Ghawdex, saru t-tigrijiet tal-bhejjem li ghalihom attendew ghadd ta' dilettanti minn Malta u Ghawdex.

B'kollox kien hemm 23 korsa, bi tnejn minnhom ghac-Challenge Cup tat-trott u tnejn Open fuq id-dahar - wahda ta' Tunez u l-ohra tad-Demm. F'dawn it-tigrijiet, organizzati minn kumitat fi hdan is-Socjeta' Filarmonika Leone, hadu sehem bhejjem minn Malta u minn Ghawdex.

Il-Ministru ghal Ghawdex Anton Tabone attenda t-tigrijiet mill-Barrakka u qassam il-premjijiet lir-rebbieha li kienu jikkonsistu fi trofej kif ukoll f'paljijiet - drawwa li tmur lura ghal zmien il-kavallieri. Fl-antik, il-paljijiet kienu popolari hafna mad-dilettanti tat-tigrijiet f'dawn il-gzejjer.

Din id-drawwa kienet introdotta mill-gdid seba' snin ilu mill-Kumitat Organizzattiv fuq l-inizjattiva tal-Ministru ghal Ghawdex, wara l-assenza ta' madwar 40 sena.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow