Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ghal Ghawdex izur il-fabbrika ta' Muscat Marine Limited

pr1196
Date Icon 01/08/1996

Il-kumpanija Muscat Marine Ltd, li topera fil-Qasam Industrjali ta' Ghawdex, bhalissa qed tahdem fuq il-bini ta' lanca lussuza ta' 75 pied, l-akbar bicca tal-bahar li nbniet bil-fibreglass f'Malta.

Din il-lanca qed tinbena ghal kumpanija Ghawdxija li topera 'pleasure cruises' madwar Ghawdex u Kemmuna u mistennija toffri qabza fil-livell ta' kwalita' ta' dawn it-tip ta' cruises.

Il-kumpanija Muscat Marine Ltd, li topera minn fabbrika mibnija specifikament ghall-bini ta' jottijiet, thaddem 25 persuna izda bl-ordnijiet li ghandha ghall-bini ta' aktar jottijiet, mistennija zzid il-haddiema tas-sengha.

Il-jottijiet u lanec mibnija minn Muscat Marine Ltd huma principalment ghall-esportazzjoni (l-aktar ghall-Italja) izda saru tentattivi biex l-esportazzjoni tinfirex ghal pajjizi ohra, fosthom Franza u Spanja.

Anton Tabone, il-Ministru ghal Ghawdex, zar il-fabbrika ta' Muscat Marine Ltd fejn kien milqugh minn Mario Muscat, Managing Director tal-kumpanija. Il-Ministru Tabone segwa x-xoghlijiet li kienu qed isiru fuq diversi ingenji tal-bahar.

Ta' min isemmi li mill-1987 'l hawn intefqet is-somma ta' LM1.3 miljuni f'xoghlijiet ghall-bini ta' fabbriki godda kif ukoll estensjonijiet u rinnovazzjoni ta' fabbriki ezistenti.

Il-politika gdida tal-Gvern halliet ir-rizultat mixtieq ghax fil-prezent, fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Ghawdex wiehed isib fabbriki li jipproducu varjeta' ta' oggetti fosthom: ikel priservat, irham, madum, xoghol fuq il-gebel, ghamara, inginerija u suf.

B'hekk illum il-haddiema huma mharrga fi snajja' partikolari. Dan gab ukoll opportunita' lil nies tas-sengha li jaqbdu karriera. Fil-prezent minn total ta' 1,020 haddiem fil-Qasam Industrjali, 391 huma rgiel fejn qabel il-maggoranza kbira kienu nisa. Fil-fatt illum il-gurnata dawk impjegati fil-produzzjoni tat-tessuti huma f'minoranza ta' 420, imqabbla ma' 600 li jahdmu fuq prodotti ohra.

Minbarra l-investiment fl-infrastruttura tal-Qasam Industrjali fix-Xewkija, kienu introdotti ukoll incentivi lill-industrjalisti f'Ghawdex biex ma jkunux fi zvantagg ma' industrjalisti ohra li joperaw minn Malta. B'kollox mill-1989 'l hawn, inghatat is-somma ta' LM271,000 f'incentivi lill-industrjalisti Ghawdxin.

Fattur iehor li mistenni jaghti spinta lill-industrja f'Ghawdex hu l-ftuh ta' ufficcju tal-Korporazzjoni ghall-Izvilupp (MDC) f'Ghawdex stess fil-futur qrib.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow