Left arrow Go Back

Il-Ministru ghal Ghawdex jiltaqa ma' Delegazzjoni tal-M.U.T.

PR1185
Date Icon 31/07/1996

F'laqgha li kellu ma' delgazzjoni tal-MUT, Anton Tabone, il-Ministru ghal Ghawdex qal li f'dawn l-ahhar disa' snin infethu skejjel godda u gew introdotti suggetti u korsijiet li qabel ma kinux provduti f'Ghawdex. Dawn holqu opportunitajiet godda ghall-istudenti u postijiet godda ta' xoghol ghall-ghalliema. B'rizultat ta' dan u ta' zviluppi ohra fil-qasam socjali, il-popolazzjoni ta' l-istudenti fl-iskejjel ta' l-istat zdiedet minn 3691 disa' snin ilu, ghal 5182 illum. Fl-istess perjodu l-impjegati tal-Gvern fl-edukazzjoni zdiedu minn 349 ghal 732.

Fil-laqgha gie diskuss ukoll il-metodu kif ghandhom jimtlew il-vakanzi ta' ghalliema, assistenti kapijiet u kapijiet ta' skejjel f' Ghawdex. Gie rimarkat ukoll il-bzonn illi jsiru aktar "in-service- courses" ghall-ghalliema f' Ghawdex stess.

Il-Ministru informa lid-Delegazzjoni tal-M U T illi fil-jiem li gejjin l-Ufficcju tal-Edukazzjoni ser jigi ttrasferit ghal hdejn ic-Centru tal-Universita sabiex l-ispazju prezentament okkupat mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni ikun disponibbli ghall-htigijiet ta' l-Iskola Sekondarja Ninu Cremona. Barra dan it-trasferiment, ser jinfetah ufficcju gdid ta' "Customer Care" fir-Rabat sabiex jaqdi l-bzonnijiet tal-pubbliku dwar aspetti li jolqtu l-Edukazzjoni.

Il-President tal-M.U.T. John Bencini, flimkien mal-Vici President Michael Cassar u s-Segretarju Generali, Joe Degiovanni, qablu illi peress li Ghawdex jipprezenta realta' partikulari, l-M.U.T. ser tfassal pjan sabiex id-diffukultajiet li jinqalghu jigu ndirizzati b'mod li tirrispetta din ir-realta'.

Il-Ministru kkonkluda billi appella lil M.U.T. sabiex tghin ukoll fil-qasam terzjarju fl-isfond tal-ftuh tac-Centru ta' l-Universita' f'Ghawdex.

Prezenti ghal-laqgha kien hemm ukoll Frank Psaila, Segretarju Permanenti u Lawrence Galea, Ufficjal fil-Ministeru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow