Left arrow Go Back

STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Unur internazzjonali għal Servizz.gov u Centrecom

PR261963
Date Icon 19/11/2026

Is-suċċess ta’ Servizz.gov u l-kwalità li biha jaqdi lill-klijenti ġie rikonoxxut fuq livell Ewropew b’unur prestiġġjuż.

 

Servizz.gov, flimkien mas-sieħeb strateġiku Centrecom, mhux biss spiċċaw finalisti iżda wkoll ingħataw is-Silver Award fil-kategorija Best BPO Partnership waqt l-European Contact Centre & Customer Service Awards (ECCCSAs) 2026, li saru f’Londra fis-17 ta’ Novembru. Dawn huma meqjusa fost l-aktar kompetizzjonijiet prestiġjużi u stabbiliti fl-industrija tas-servizz lill-klijenti fl-Ewropa, b’aktar minn 25 sena ta’ storja.

 

Il-kategorija Best BPO Partnership tagħti importanza lill-kollaborazzjonijiet strateġiċi bejn organizzazzjonijiet li, permezz ta’ viżjoni komuni, ħidma konġunta u għanijiet ċari, jirnexxilhom itejbu l-kwalità tas-servizz u joħolqu valur miżjud għal dawk li jużawh.

 

F’dan il-kuntest, ir-rikonoxximent miksub minn Servizz.gov u Centrecom huwa xhieda tal-importanza li għandha l-kollaborazzjoni bejn is-settur pubbliku u s-settur privat sabiex jingħata servizz aktar effiċjenti, aċċessibbli u ffukat fuq il-ħtiġijiet tan-nies. Dan issa qed jiġi rikonoxxut fuq livell Ewropew.

 

Il-Kap tas-Servizz Pubbliku, Tony Sultana, qal li l-premju miksub jirrifletti l-impenn tal-Amministrazzjoni Pubblika li tkompli tgħolli l-livell tas-servizzi pubbliċi offruti liċ-ċittadini.

 

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija, Massimo Vella, qal li l-unur mogħti lil Servizz.gov juri biċ-ċar kemm l-aġenzija ma tiffokax biss fuq kemm jingħataw servizzi, iżda wkoll fuq kif dawn jingħataw, b’enfasi fuq l-aċċessibbiltà, il-ħeffa fit-tweġibiet u l-professjonalità. Huwa saħaq ukoll li dan is-suċċess jirrifletti s-sinerġija u l-kollaborazzjoni b’saħħitha ma’ Centrecom, bħala sieħeb importanti fit-twassil ta’ dan is-servizz.

 

STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV  Unur internazzjonali għal Servizz.gov u Centrecom
STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV  Unur internazzjonali għal Servizz.gov u Centrecom
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow