Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Tagħmir ġdid għall-Malta Rescue Corps biex it-trasport tal-pazjenti jkun aktar sigur u aċċessibbli

PR261924
Date Icon 14/11/2026

Ġie inawgurat proġett tal-Malta Rescue Corps li permezz tiegħu l-għaqda se ssaħħaħ is-servizz ta’ trasport u assistenza li toffri lil persuni b’diżabilità, lil persuni b’mobbiltà limitata u lil persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. Il-proġett ġie ffinanzjat permezz tal-Quality of Life Small Grants Scheme 2026.

 

It-tagħmir il-ġdid jinkludi strechers għall-ambulanzi, siġġijiet għat-trasport tal-pazjenti, rampi portabbli għas-siġġijiet tar-roti u tagħmir li jgħin lill-voluntiera jċaqalqu lill-pazjenti b’mod sigur. Inxtara wkoll apparat għall-monitoraġġ tas-sinjali vitali u defibrillatur (AED). Il-voluntiera se jużaw dan it-tagħmir waqt attivitajiet fil-komunità, f’emerġenzi u fit-trasferiment tal-pazjenti, fosthom persuni li jinsabu fl-aħħar stadji ta’ ħajjithom. B’hekk ikunu jistgħu jagħtu l-assistenza tagħhom b’aktar sigurtà u b’inqas sforz fiżiku meta jkollhom jerfgħu jew iċaqalqu lill-pazjenti.

 

Il-Quality of Life Small Grants Scheme hija inizjattiva tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat li tappoġġja lill-għaqdiet volontarji biex iwettqu proġetti li jtejbu l-kwalità tal-ħajja fil-komunitajiet tagħna. Fost l-għanijiet tal-iskema hemm li l-ispazji u l-attivitajiet fil-komunità jsiru aktar aċċessibbli, li persuni b’diżabilità jkollhom aktar opportunitajiet biex jieħdu sehem fihom u li persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli jingħataw is-servizzi u l-appoġġ li jeħtieġu.

 

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia qalet li l-investiment fl-għaqdiet volontarji jgħinhom iwieġbu għall-ħtiġijiet li jiltaqgħu magħhom fil-komunità. “Meta persuna li tuża siġġu tar-roti tkun tista’ tmur għal attività fil-komunità, jew meta pazjent ikun jista’ jiġi ttrasferit b’aktar sigurtà u dinjità, hemmhekk naraw xi jfisser dan l-investiment fil-ħajja tan-nies. Bħala Gvern irridu nagħtu lill-voluntiera l-għodda li jeħtieġu biex ikunu jistgħu jagħtu din l-għajnuna u jagħmlu xogħolhom b’aktar sigurtà,” qalet il-Ministru Julia Farrugia.

 

Ettienne Micallef, mill-Malta Rescue Corps, stqarr li dan it-tagħmir diġà beda jintuża fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum u qed jgħinhom ikomplu jtejbu l-kwalità tas-servizzi li joffru lill-komunità Maltija u Għawdxija. Dan l-investiment huwa pass importanti biex ikomplu jsaħħu l-kapaċità operattiva tagħhom u jipprovdu servizz aktar effiċjenti u professjonali lil dawk li jkollhom bżonn l-għajnuna tagħhom.


STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT   Tagħmir ġdid għall-Malta Rescue Corps biex it-trasport tal-pazjenti jkun aktar sigur u aċċessibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT   Tagħmir ġdid għall-Malta Rescue Corps biex it-trasport tal-pazjenti jkun aktar sigur u aċċessibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT   Tagħmir ġdid għall-Malta Rescue Corps biex it-trasport tal-pazjenti jkun aktar sigur u aċċessibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT   Tagħmir ġdid għall-Malta Rescue Corps biex it-trasport tal-pazjenti jkun aktar sigur u aċċessibbli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Fondi Ewropej mill-programm Erasmus+ biex jissaħħaħ l-iżvilupp professjonali tal-edukaturi

PR261925

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow