Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT KBIR Minn żona ta’ żvilupp għal spazju miftuħ fil-Għargħur

PR261915
Date Icon 13/11/2026

Sit ta’ madwar 1,376 metru kwadru f’żona ta’ żvilupp fl-Għargħur li sa issa ma kienx qed jintuża, qed jiġi trasformat fi spazju miftuħ minn Project Green. Ix-xogħlijiet għaddejjin fi Triq Giovanni Gafà, fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Xwieki. B’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Isport, dan is-sit se jservi bħala spazju ħaj għal kulħadd: post fejn tista’ tirrilassa, tiltaqa’ man-nies jew tagħmel attività fiżika.

 

Dan tħabbar waqt żjara fuq is-sit mill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli flimkien ma’ rappreżentanti tal-Kunsill Lokali tal-Għargħur, il-Kunsill Malti għall-Isport u t-tim ta’ Project Green.

 

Bħalissa għaddej xogħol fuq bini ta’ ġibjun ta’ madwar 400 metru kubu f’parti minn spazju li snin ilu kienet tintuża bħala barriera. F’dan il-proġett se jkunu qed jitħawwlu mad-39 siġra kif ukoll madwar 129 arbuxell. Xogħol ieħor li se jsir huwa fuq bini ta’ ħajt li jdawwar dan l-ispazju miftuħ u pedamenti fejn se jiġu installati bankijiet u tagħmir għal-logħob u għall-isports. L-ispazju se jkun mgħammar ukoll b’kameras tas-CCTVs, u sistema tad-dawl, biex il-ġnien jitgawda b’mod sigur.

 

Il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli qalet li l-Gvern se jibqa’ jwettaq il-wegħda tiegħu ta’ aktar spazji miftuħa. “Bi spazju miftuħ wara l-ieħor, qed nilħqu lil kulħadd fil-komunitajiet tagħna, miż-żgħar sal-kbar. Hawnhekk fil-Għargħur, dan l-ispazju qed jagħti lir-residenti post fejn iqattgħu l-ħin jagħmlu attività fiżika,” qalet il-Ministru Dalli.

 

Il-Project Manager ta’ dan il-proġett, David Ellul spjega kif se jkun imfassal is-sit. “Dan l-ispazju miftuħ se jkun maqsum fuq żewġ livelli, magħquda permezz ta’ passaġġ elevat. Iż-żona ta’ fuq se tkun għal min jixtieq iqatta’ ħin għal kwiet filwaqt li l-parti t’isfel se tkun attrezzata b’elementi sportivi tal-OCR,” qal David Ellul.


Is-Sindku Francesca Attard qalet, “Proġetti bħal dawn huma ta’ valur għall-komunità għax mhux biss qed joħolqu spazji ġodda fejn ir-residenti jistgħu jqattgħu l-ħin tagħhom, iżda qed itejbu wkoll il-kwalità tal-ambjent fil-lokalità. Huwa ta’ sodisfazzjon li naraw dawn l-investimenti jsiru realtà fil-Għargħur, b’benefiċċju mhux biss għar-residenti tagħna, iżda wkoll għal dawk mil-lokalitajiet tal-madwar. Nirringrazzja lit-tim kollu ta’ Project Green għall-ħidma u l-impenn tiegħu biex dan il-proġett ikun jista’ jitwettaq.”

 

Il-proġett fil-Għargħur huwa wieħed mill-proġetti tal-Community Greening Grant. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT KBIR  Minn żona ta’ żvilupp għal spazju miftuħ fil-Għargħur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT KBIR  Minn żona ta’ żvilupp għal spazju miftuħ fil-Għargħur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT KBIR  Minn żona ta’ żvilupp għal spazju miftuħ fil-Għargħur
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  MCCAA signs new Collective Agreement delivering substantial improvements in salaries, employee benefits and professional development opportunities

PR261917en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  L-MCCAA tiffirma Ftehim Kollettiv ġdid li se jwassal għal titjib sostanzjali fis-salarji, fil-benefiċċji tal-impjegati u opportunitajiet imsaħħa ta’ żvilupp professjonali

PR261917

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow