Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela jiltaqa’ mal-Ispeakers ta' Ċipru u s-Slovakkja

PR261913
Date Icon 13/11/2026

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Carmelo Abela, kellu laqgħat bilaterali separati ma’ Annita Demetriou, Speaker tal-Kamra tad-Deputati ta’ Ċipru, u Richard Raši, Speaker tal-Kunsill Nazzjonali tas-Slovakkja, biex jiddiskutu temi ta’ interess reċiproku u jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet parlamentari bejn il-pajjiżi. Il-laqgħat saru fis-Slovakkja.

 

Waqt il-laqgħa ma’ Speaker Demetriou, iż-żewġ naħat iddiskutew il-koperazzjoni bejn Malta u Ċipru dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni fuq livell Ewropew, kif ukoll l-interessi u l-isfidi li ż-żewġ pajjiżi jaqsmu bħala pajjiżi Mediterranji.

 

Iż-żewġ Speakers iddiskutew ukoll fehmiet dwar ir-regolamenti tal-baġit ta' pajjiżhom.

 

F’laqgħa separata ma’ Speaker Raši, Speaker Abela saħaq dwar l-importanza li l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jżommu djalogu miftuħ, b’mod partikolari fil-kuntest tat-tħejjijiet għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF) li jmiss.

 

Iż-żewġ Speakers iddiskutew ukoll il-possibbiltajiet għal koperazzjoni aktar mill-qrib bejn in-Netherlands, Malta u s-Slovakkja, hekk kif it-tliet pajjiżi qed iħejju ruħhom għall-Presidenzi rispettivi tagħhom tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2030. Din il-koperazzjoni hija importanti sabiex tiġi żgurata kontinwità, koordinazzjoni u ħidma favur il-prijoritajiet Ewropej komuni.

 

Id-diskussjonijiet indirizzaw ukoll is-sitwazzjoni fl-Ewropa, b’mod partikolari l-gwerra fl-Ukrajna. F’dan il-kuntest, l-Ispeaker Abela tenna li n-newtralità ta’ Malta bl-ebda mod ma żżomm lill-pajjiż milli jesprimi ruħu b’mod ċar kontra l-aggressjoni u l-ksur tas-sovranità u tal-integrità territorjali ta’ stati oħra.

 

Iż-żewġ laqgħat servew bħala opportunità biex jiġu diskussi fehmiet dwar l-iżviluppi attwali fl-Ewropa u fir-reġjun, tiġi enfasizzata mill-ġdid l-importanza tad-diplomazija parlamentari u jiġu esplorati modi ġodda għal aktar koperazzjoni bejn Malta u s-sħab Ewropej tagħha.

 

 

 

 

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela jiltaqa’ mal-Ispeakers ta' Ċipru u s-Slovakkja
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela jiltaqa’ mal-Ispeakers ta' Ċipru u s-Slovakkja
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela jiltaqa’ mal-Ispeakers ta' Ċipru u s-Slovakkja
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela jiltaqa’ mal-Ispeakers ta' Ċipru u s-Slovakkja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

More Press Releases Right arrow