Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr261859
Date Icon 05/11/2026

Il-Ħamis filgħodu, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta' Malta, żaret Great Ormond Street Hospital, fejn iltaqgħet ma' tifla Maltija li qed tingħata l-kura għal kundizzjoni serja ta' saħħa.

Din it-tifla, li għad għandha biss tliet snin, ilha tirċievi kura speċjalizzata f'Londra għal madwar tliet xhur u hu maħsub li għad fadlilha diversi xhur oħra ta' kura barra minn Malta.

Matul iż-żjara, il-President tkellmet mal-familja ta' din it-tifla, li f'Londra hi akkumpanjata mill-ġenituri tagħha kif ukoll ħuha, li wkoll hu ta' età żgħira.

Fid-dawl ta' dan, l-Eċċellenza Tagħha enfasizzat l-importanza tal-assistenza li entitajiet bħall-Malta Community Chest Fund joffru mhux biss lill-pazjenti, imma wkoll lill-qraba tagħhom li f'ħafna każi jqattgħu xhur bogħod minn pajjiżna u jkollhom iħallu kollox warajhom.

Dan kien evidenti wkoll waqt żjara li l-President ta' Malta għamlet fir-residenza tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesu, li jospitaw lill-pazjenti Maltin u l-qraba tagħhom waqt li jkunu f'Londra għall-kura.

Fir-Renju Unit bħalissa hemm 40 pazjent li għalkemm mhux inpatients, xorta waħda għadhom ma jistgħux jirritornaw lejn Malta. Dan għaliex, minkejja li l-pazjent ikun ġie rilaxxat mill-isptar, xorta waħda jkun irid isegwi sensiela ta' konsultazzjonijiet mediċi u testijiet li jfisser li dak li jkun irid jibqa' fir-Renju Unit.

Matul iż-żjara lis-Sorijiet Franġiskani, fil-preżenza tas-Sorijiet Agostinjani li wkoll jospitaw lill-Maltin f'Londra, il-President qattgħet ħin titkellem u tisma' l-esperjenzi tal-pazjenti u l-qraba tagħhom.

Il-President ta' Malta kienet akkumpanjata mill-Ministru tas-Saħħa, Ian Borg, il-Kummissarju Għoli ta' Malta għar-Renju Unit, il-Prof. Stephen Montefort, kif ukoll uffiċjali tal-Malta Community Chest Fund.

Iż-żjara tal-President ta' Malta f'Londra tiġi fi tmiemha l-Ġimgħa, meta l-Eċċellenza Tagħha tiltaqa' mal-pazjenti Maltin rikoverati fir-Royal Marsden Sutton Hospital, kif ukoll iżżur lill-pazjenti ospitati fl-appartamenti ta' Puttinu Cares.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow