Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

PR261859
Date Icon 05/11/2026

Il-Ħamis filgħodu, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret Great Ormond Street Hospital, fejn iltaqgħet ma’ tifla Maltija li qed tingħata l-kura għal kundizzjoni serja ta’ saħħa.

 

Din it-tifla, li għad għandha biss tliet snin, ilha tirċievi kura speċjalizzata f’Londra għal madwar tliet xhur u hu maħsub li għad fadlilha diversi xhur oħra ta’ kura barra minn Malta.

 

Matul iż-żjara, il-President tkellmet mal-familja ta’ din it-tifla, li f’Londra hi akkumpanjata mill-ġenituri tagħha kif ukoll ħuha, li wkoll hu ta’ età żgħira.

 

Fid-dawl ta’ dan, l-Eċċellenza Tagħha enfasizzat l-importanza tal-assistenza li entitajiet bħall-Malta Community Chest Fund joffru mhux biss lill-pazjenti, imma wkoll lill-qraba tagħhom li f’ħafna każi jqattgħu xhur bogħod minn pajjiżna u jkollhom iħallu kollox warajhom.

 

Dan kien evidenti wkoll waqt żjara li l-President ta’ Malta għamlet fir-residenza tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu, li jospitaw lill-pazjenti Maltin u l-qraba tagħhom waqt li jkunu f’Londra għall-kura.

 

Fir-Renju Unit bħalissa hemm 40 pazjent li għalkemm mhux inpatients, xorta waħda għadhom ma jistgħux jirritornaw lejn Malta. Dan għaliex, minkejja li l-pazjent ikun ġie rilaxxat mill-isptar, xorta waħda jkun irid isegwi sensiela ta’ konsultazzjonijiet mediċi u testijiet li jfisser li dak li jkun irid jibqa’ fir-Renju Unit.

 

Matul iż-żjara lis-Sorijiet Franġiskani, fil-preżenza tas-Sorijiet Agostinjani li wkoll jospitaw lill-Maltin f’Londra, il-President qattgħet ħin titkellem u tisma’ l-esperjenzi tal-pazjenti u l-qraba tagħhom.

 

Il-President ta’ Malta kienet akkumpanjata mill-Ministru tas-Saħħa, Ian Borg, il-Kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit, il-Prof. Stephen Montefort, kif ukoll uffiċjali tal-Malta Community Chest Fund.

 

Iż-żjara tal-President ta’ Malta f’Londra tiġi fi tmiemha l-Ġimgħa, meta l-Eċċellenza Tagħha tiltaqa’ mal-pazjenti Maltin rikoverati fir-Royal Marsden Sutton Hospital, kif ukoll iżżur lill-pazjenti ospitati fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow