Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Opportunitajiet ġodda għal żgħażagħ attivi fil-baned Maltin

PR261836
Date Icon 02/11/2026


Fuq inizjattiva tal-Aġenzija Żgħażagħ bdew diskussjonijiet mal-European Youth Card Association (EYCA) u l-Għaqda tal-Baned Maltin dwar kollaborazzjoni akbar ħalli jikbru l-opportunitajiet għal żgħażagħ Maltin li huma attivi fl-Għaqdiet tal-Baned imferrxa madwar Malta u Għawdex.

Din l-inizjattiva ġiet diskussa waqt Konferenza bit-tema “Youth Conductors of Change" li ġiet organizzata mill-Aġenzija Żgħażagħ bil-parteċipazzjoni ta' uffiċjali mill-istess Aġenzija u b'kollaborazzjoni mal-Għaqda Każini tal-Banda. L-għan tal-inizjattiva huwa li żgħażagħ li huma involuti fil-Baned Maltin jingħataw l-opportunità jesploraw opportunitajiet li jgħinuhom jiżviluppaw il-personalità tagħhom, opportunitajiet ta' esperjenzi kulturali ma' żgħażagħ oħra Maltin u barranin, u li jitrawwem fihom is-sens ta' parteċipazzjoni attiva fil-komunitajiet tagħhom.

Permezz ta' din l-inizjattiva l-Aġenzija Żgħażagħ bdiet diskussjonijiet fuq kollaborazzjoni mal-European Youth Card Association (EYCA) u l-Għaqda Każini tal-Banda biex tkun tista' titnieda l-EYCA x Band Clubs Card li permezz tagħha ż-żgħażagħ attivi fil-Baned ikunu introdotti għall-opportunitajiet offruti mill-Erasmus+ Youth u l-European Solidarity Corps.

Minn barra dan, waqt din il-konferenza, l-għaqdiet tal-festi ġew imħarrġa wkoll fuq xi skemi u fondi hemm li jistgħu japplikaw għalihom, kemm minn aspett lokali, kif ukoll dak Ewropew, bħal programm Erasmus, il-European Solidarity Corps u ħafna iżjed. Ħareġ ukoll l-element ta' kif il-festi Maltin u l-għaqdiet taż-żgħażagħ li jiġu magħhom kapaċi jkomplu jsaħħu s-soċjetajiet tal-pajjiż, filwaqt li jkomplu jżidu l-involviment taż-żgħażagħ fl-irħula.

Il-Ministru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri, u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Omar Farrugia qal li, “Il-festi u l-kultura Maltija huma verament għal qalbna, però kemm huma iżjed għal qalbna dawn iż-żgħażagħ li jipparteċipaw f'dawn l-għaqdiet, f'dawn is-soċjetajiet, illi bil-parteċipazzjoni tagħhom jagħmlu differenza kbira fil-komunitajiet rispettivi tagħhom."

Il-Ministru kompla billi qal li l-għan tal-Gvern huwa li jkomplu joffru l-għodda neċessarja, u biex ituhom l-aħjar opportunitajiet biex iż-żgħażagħ jibbenefikaw minnhom għat-titjib fil-benesseri tagħhom, għat-titjib tas-soċjetajiet tagħhom iżda anke għat-titjib tal-komunitajiet ta' għada.

Min-naħa tagħha, il-Manager responsabbli minn din il-konferenza f'isem Aġenzija Żgħażagħ, Maria Borg qalet kif f'din il-konferenza, l-Aġenzija qed tiltaqa'ma' każini diversi minn madwar Malta u Għawdex biex jisimgħuhom imma anke biex jiggwidawhom bl-opportunitajiet li hemm anke Ewropej bħal ma huma l-Eurodesk, Erasmus u l-European Solidarity Corps.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Opportunitajiet ġodda għal żgħażagħ attivi fil-baned Maltin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Opportunitajiet ġodda għal żgħażagħ attivi fil-baned Maltin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Opportunitajiet ġodda għal żgħażagħ attivi fil-baned Maltin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow