Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL L-Awtorità tal-Ippjanar tfassal viżjoni diġitali għall-futur tal-ippjanar f’Malta

PR261786
Date Icon 23/10/2026

Sottomissjonijiet ta' mudelli 3D immirata għall-2027

L-Awtorità tal-Ippjanar ħejjiet it-triq lejn sistema tal-ippjanar aktar diġitali u integrata, inkluż pjanijiet biex tintroduċi s-sottomissjoni diġitali ta' mudelli 3D għal proġetti maġġuri, waqt il-Konferenza Annwali tagħha dwar l-Ippjanar bl-isem ta' 'The Future by Design'

Il-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol, Jonathan Attard, enfasizza li r-riżorsi limitati tal-art ta' pajjiżna jitolbu li d-deċiżjonijiet tal-ippjanar jiġu kkunsidrati fi ħdan viżjoni nazzjonali usa' u li l-kwalità trid tkun fil-qalba tagħhom.

“Pjanar tajjeb u arkitettura tajba għandhom jikkontribwixxu għal djar sostenibbli, komunitajiet aktar b'saħħithom, u spazji pubbliċi aħjar li jwasslu għal titjib ukoll fil-kwalità tal-ħajja", qal il-Ministru Attard.

Filwaqt li rrefera għar-riforma tas-sistema tal-appelli tal-ippjanar, li bħalissa qed tiġi diskussa fil-Parlament, il-Ministru Attard qal li din tagħmel parti minn proċess usa' biex is-sistema tal-ippjanar f'Malta ssir aktar trasparenti u effiċjenti, u tgawdi aktar fiduċja.

Il-konferenza ġabret flimkien persuni inkarigati li jfasslu l-politika, periti u stakeholders oħra biex jesploraw kif id-disinn, l-ippjanar spazjali (spatial planning) u t-teknoloġija jistgħu jgħinu ħalli l-ambizzjonijiet fit-tul ta' Malta jissarrfu f'postijiet u fi kwalità ta' ħajja aħjar.

Id-Direttur tal-Awtorità tal-Ippjanar il-Perit Silvio Farrugia spjega kif l-ippjanar diġitali, l-informazzjoni ġeospazjali, mudelli 3D u l-analiżi bbażata fuq id-data jistgħu jgħinu biex jittieħdu deċiżjonijiet aħjar fl-ippjanar, filwaqt li saħaq li t-teknoloġija trid tkun imsejsa fuq viżjoni komuni fit-tul.

Il-kelliema ewlenija internazzjonali, Dr Wei Yang OBE, iffokat fuq kif ippjanar spazjali (spatial planning) integrat jista' jgħin biex il-Viżjoni Malta 2050 tinbidel minn ambizzjoni nazzjonali għal riżultati tanġibbli għall-komunitajiet. Hija spjegat li strateġija spazjali (spatial strategy) proattiva twassal sabiex l-art tiġi użata bl-aħjar mod u jkun hemm governanza spazjali (spatial governance) iżjed integrata. Dr Yang rrakkomandat approċċ li jiġi attivat diġitalment u li jkun ibbażat fuq il-post, li l-għan tiegħu jkun li jgħaqqad l-evidenza, il-komunitajiet, it-tfassil tal-politika u l-investiment, filwaqt li jiffoka wkoll fuq il-kwalità. “Verament ħassejtni ispirata bil-viżjoni, bid-dedikazzjoni u bil-professjonalità tal-Ministeru u tal-Awtorità tal-Ippjanar, kif ukoll dik tal-udjenza. Kif semmejt fid-diskors ewlieni tiegħi, dan huwa mument importanti għas-suċċess futur ta' dan il-pajjiż", qalet Dr Yang.

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, ħabbar li l-Awtorità qed taħdem biex tintroduċi s-sottomissjoni diġitali ta' mudelli 3D għal proġetti maġġuri, bl-ewwel fażi mmirata għall-ewwel kwart tal-2027. “L-introduzzjoni ta' teknoloġija ġdida tfisser ukoll li nappoġġjaw lil min se jużaha. Iffaċilitajna l-aċċess għal software aġġornat, flimkien ma' taħriġ u sapport, skambju ta' għarfien u appoġġ tekniku", qal is-Sur Buttigieg.

Il-konferenza ngħalqet b'sitt sessjonijiet ta' ħidma dwar temi ewlenin tal-ippjanar, u r-rakkomandazzjonijiet u l-kwistjonijiet li tqajmu se jitressqu quddiem il-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Fost dawk preżenti għal din il-konferenza kien hemm is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru Ronald Mizzi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL L-Awtorità tal-Ippjanar tfassal viżjoni diġitali għall-futur tal-ippjanar f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL L-Awtorità tal-Ippjanar tfassal viżjoni diġitali għall-futur tal-ippjanar f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow