Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Aktar persuni u għaqdiet ifittxu s-servizzi ta’ The Meeting Place

PR261777
Date Icon 22/10/2026

Aktar minn 90,000 persuna u 100 għaqda volontarja għamlu użu minn The Meeting Place mis-sena 2019 sal-lum. L-għan ewlieni ta' dan il-post huwa li jservi ta' spazju rikreattiv għal individwi, tfal u gruppi. Iktar minn hekk, l-infrastruttura tal-post tagħti lok għal servizzi speċjalizzati skont il-bżonnijiet tagħhom.

L-aktar servizzi mogħtija huma dawk b'rabta ma' sessjonijiet tas-Supervised Access Visits, tagħlim ta' ħiliet u terapija psikosoċjali. Ħafna NGO's jużaw dan il-post għal-laqgħat tagħhom sabiex joħolqu pjan strutturat għal faxex fis-soċjetà li jkollhom bżonn aktar għajnuna.

F'dan il-post jingħataw diversi sessjonijiet ta' taħriġ u ħiliet, fuq suġġetti diversi mifruxa minn dawk b'rabta ma' fostering u adozzjonijiet ta' tfal sa sessjonijiet ta' divertiment lill-persuni b'diżabilità u oħrajn li jbatu mis-solitudni.

Dawn id-dettalji ngħataw f'konferenza li preżenti għaliha kien hemm il-Ministru għall-Politika Soċjali u l-Familja, Michael Falzon u diversi persuni li qed igawdu mis-servizzi li jingħataw f'The Meeting Place.

Matul din l-istess konferenza ngħataw  testimonjanzi ta' persuni li fissru dan il-post bħala bidla pożittiva f'ħajjithom, tant li jkunu qed jistennew bil-ħerqa il-ġranet li fihom isiru l-laqgħat u s-sessjonijiet ma' sħabhom.

“Li tagħmel differenza fil-ħajja ta' xi ħadd hija imprezzabli. Jekk nitilfu l-empatija u l-kompassjoni nkunu tlifna kollox. Dawn ir-rakkonti huma ta' sodisfazzjon u jagħtuna aktar impenn sabiex inkomplu nagħmlu d-differenza fil-qasam soċjali," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Il-manager ta' The Meeting Place, Saviour Grima spjega li s-servizz mogħti huwa 24 siegħa kuljum, u jaqdi skopijiet edukattivi, soċjali u li jippromwovu s-saħħa mentali. “Hawnhekk irnexxielna nibnu familja b'esperjenzi differenti, iżda li lkoll għandhom għan wieħed dak li jħossuhom tajjeb minkejja d-diffikultajiet kollha li jġorru magħhom. Għalina ifisser ħafna li naraw persuna titbissem u tinvolvi ruħha f'attivitajiet fiżiċi u soċjali," temm jgħid Saviour Grima.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Aktar persuni u għaqdiet ifittxu s-servizzi ta’ The Meeting Place
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Aktar persuni u għaqdiet ifittxu s-servizzi ta’ The Meeting Place
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Aktar persuni u għaqdiet ifittxu s-servizzi ta’ The Meeting Place
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow