Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Identità tkompli ssaħħaħ id-djalogu mal-partijiet interessati fit-tfassil tal-Istrateġija 2027–2032

PR261776
Date Icon 22/10/2026

Il-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol Jonathan Attard ippreseda laqgħa ta' konsultazzjoni ma' rappreżentanti tas-soċjetà ċivili organizzata mill-Aġenzija Identità. L-għan ta' din il-laqgħa kien li l-Aġenzija tippreżenta u tiddiskuti l-pilastri ewlenin tal-Istrateġija tagħha għall-perjodu 2027–2032. Parti sostanzjali tal-laqgħa kienet iddedikata għal diskussjoni miftuħa, li matulha l-parteċipanti kellhom l-opportunità jaqsmu l-osservazzjonijiet tagħhom, iqajmu punti ta' interess u jressqu proposti dwar kif l-Aġenzija tista' tkompli tiżviluppa s-servizzi tagħha.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru Jonathan Attard spjega r-rwol importanti li l-Aġenzija Identità għandha fil-ħajja ta' kull ċittadin. “Hekk kif l-istrateġija attwali qed toqrob lejn it-tmiem tagħha, għandna opportunità biex nibnu fuq il-progress li sar, nidentifikaw fejn hemm lok għal titjib u nħejju lill-Aġenzija għall-isfidi tas-snin li ġejjin," spjega l-Ministru Attard.

Huwa saħaq li l-istrateġija l-ġdida għandha tistabbilixxi direzzjoni ċara, tidentifika l-prijoritajiet ewlenin u tiggwida l-ħidma tal-Aġenzija sabiex tkompli ttejjeb is-servizzi tagħha.

Il-Ministru Jonathan Attard saħaq fuq l-importanza li d-diġitalizzazzjoni, u l-investiment fl-Intelliġenza Artifiċjali jibqgħu parti mill-proċessi tal-Aġenzija.

Il-viżjoni tal-identità għas-snin li ġejjin hija li tkompli tinvesti f'teknoloġiji u sistemi aktar avvanzati li jnaqqsu l-burokrazija, jissimplifikaw il-proċeduri u jqassru l-ħinijiet ta' stennija. Dan kollu għandu jsir mingħajr kompromess fuq is-sigurtà tal-identità, il-protezzjoni tad-data personali u l-kontrolli meħtieġa biex tipprevjeni każijiet ta' frodi.

“L-għan tagħna għandu jkun li noffru servizzi aktar sempliċi, effiċjenti u siguri, li verament iwieġbu għall-ħtiġijiet tan-nies," sostna l-Ministru.

Iċ-Chairperson ta' Identità Marlene Mizzi fissret kif fost l-għanijiet prinċipali li fuqhom qed taħdem Identità hemm li tiżdied l-effiċjenza, titnaqqas il-burokrazija u jkompli jissaħħaħ is-servizz offrut, filwaqt li tibqa' tissalvagwardja l-interess u  s-sigurtà  tal-pajjiż.  Enfasizzat li s-suġġerimenti u l-ideat maqsuma f'dan il-forum se jiġu evalwati u kkunsidrati mit-tmexxija tal-Aġenzija Identità.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Identità Edric Zahra fisser l-importanza ta' din il-laqgħa ta' diskussjoni miftuħa u qal li Identità tirrikonoxxi li, sabiex tkompli tiżviluppa u ttejjeb is-servizzi tagħha, huwa essenzjali li żżomm komunikazzjoni kontinwa ma' dawk kollha li, b'mod dirett jew indirett, għandhom rabta mal-operat tagħha.

Matul il-laqgħa, il-Kap Eżekuttiv ippreżenta l-viżjoni tal-Aġenzija u l-pilastri strateġiċi proposti għall-perjodu 2027–2032, filwaqt li spjega d-direzzjoni li Identità qed tippjana li tieħu biex tkompli ssaħħaħ l-effiċjenza, is-sigurtà, il-governanza u l-kwalità tas-servizzi tagħha.

Din l-inizjattiva serviet biex issaħħaħ id-djalogu u l-kollaborazzjoni mal-partijiet interessati, filwaqt li tathom l-opportunità jaqsmu l-fehmiet, l-esperjenzi u s-suġġerimenti tagħhom sabiex jikkontribwixxu għat-tfassil tad-direzzjoni strateġika tal-Aġenzija għas-snin li ġejjin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Identità tkompli ssaħħaħ id-djalogu mal-partijiet interessati fit-tfassil tal-Istrateġija 2027–2032
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Identità tkompli ssaħħaħ id-djalogu mal-partijiet interessati fit-tfassil tal-Istrateġija 2027–2032
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Identità tkompli ssaħħaħ id-djalogu mal-partijiet interessati fit-tfassil tal-Istrateġija 2027–2032
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow