Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Investiment ta’ €40 miljun biex tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku għal 33,000 f

pr261774
Date Icon 22/10/2026

Tliet proġetti infrastrutturali ewlenin li se jsaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f'diversi lokalitajiet madwar Malta ġew inawgurati fin-Naxxar, fis-Siġġiewi u fl-Imsida, b'investiment ta' €40 miljun kofinanzjat minn fondi Ewropej.

Dawn il-proġetti, imwettqa minn Enemalta, huma parti mill-programm ta' investiment tal-Gvern biex jimmodernizza u jsaħħaħ in-network nazzjonali tal-elettriku, u jagħmlu aktar reżiljenti.

B'kollox, huwa stmat li minn dawn it-tliet proġetti se jibbenefikaw madwar 33,000 familja u negozju f'11 il-lokalità, permezz ta' infrastruttura aktar b'saħħitha, kapaċità akbar ta' distribuzzjoni u aktar flessibbiltà fl-operat tan-network.

L-inawgurazzjoni saret mill-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli, il-Ministru għall-Fondi Ewropej Keith Azzopardi Tanti, u ċ-Chairman Eżekuttiv ta' Enemalta Ryan Fava, fil-preżenza ta' rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali tan-Naxxar, tas-Siġġiewi u tal-Imsida.

Fin-Naxxar, sar investiment f'ċentru tad-distribuzzjoni ġdid, b'żewġ transformers u kapaċità totali ta' 60MVA. Dan se jsaħħaħ il-provvista tal-elettriku għal madwar 12,000 konsumatur fin-Naxxar, Ħal Għargħur u Burmarrad, filwaqt li jnaqqas il-pressjoni fuq iċ-ċentru tal-Mosta.

Fis-Siġġiewi, sar ċentru tad-distribuzzjoni ġdid b'kapaċità ta' 60MVA, flimkien ma' madwar 70 kilometru ta' cables ta' vultaġġ medju. Dan se jsaħħaħ il-provvista għal madwar 12,000 konsumatur fis-Siġġiewi, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi.

Fl-Imsida, investiment wassal biex il-kapaċità taċ-ċentru tad-distribuzzjoni ġiet irduppjata minn 30MVA għal 60MVA, permezz tal-installazzjoni ta' żewġ transformers ġodda li ħadu post żewġ transformers ta' kapaċità iżgħar. Dan it-tisħiħ se jtejjeb l-affidabbiltà tal-provvista tal-elettriku lill-Isptar Mater Dei, l-Università ta' Malta u ż-żoni residenzjali tal-madwar.

Investiment li jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies

Il-Ministru Miriam Dalli saħqet li dawn l-investimenti huma parti minn ħidma kontinwa biex pajjiżna jkollu sistema tal-elettriku b'saħħitha għal-llum u għall-futur. “Meta nitkellmu dwar investiment fl-infrastruttura tal-elettriku, qed nitkellmu dwar servizz essenzjali li fuqu jiddependu l-familji u n-negozji tagħna. In-nies iridu jserrħu rashom li jkollhom provvista tal-elettriku affidabbli. U għalhekk li qed inkomplu ninvestu bla preċedent biex insaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f'pajjiżna," qalet il-Ministru Dalli.

“Naf li d-domanda għall-elettriku qed tikber, u nafu wkoll li l-familji u n-negozji jistennew servizz tajjeb. Għalhekk qed ninvestu f'infrastruttura li tagħtina aktar kapaċità, aktar flessibbiltà u aktar reżiljenza. It-tliet proġetti li qed ninawguraw illum huma eżempju ta' din il-ħidma. Huma investimenti li qegħdin iħejju lil pajjiżna għall-ħtiġijiet t'għada," kompliet il-Ministru.

Il-Ministru Keith Azzopardi Tanti saħaq li dan l-investiment li jaqa' taħt il-Fond għall-Irkupru u r-Reżiljenza, juri kif il-fondi Ewropej qed jissarrfu f'infrastruttura aktar b'saħħitha u servizzi essenzjali aktar affidabbli għall-familji u n-negozji. “Qed nidderieġu l-fondi Ewropej lejn il-ħtiġijiet reali ta' pajjiżna. L-investiment f'dawn it-tliet ċentri tad-distribuzzjoni tal-elettriku jfisser tisħiħ ta' servizz li fuqu jiddependu l-ħajja ta' kuljum tal-familji u l-operat tan-negozji tagħna. Irridu network aktar b'saħħtu u reżiljenti, li jwieġeb għall-ħtiġijiet tal-lum u jħejji lil Malta għal futur b'enerġija aktar nadifa," saħaq il-Ministru.

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairman Eżekuttiv ta' Enemalta Ryan Fava spjega li l-inawgurazzjoni ta' dawn it-tliet ċentri tad-distribuzzjoni tirrappreżenta pass importanti fit-twettiq tal-programm ta' investiment tal-Enemalta fl-infrastruttura nazzjonali tal-elettriku. Permezz ta' investiment ta' madwar €40 miljun fin-Naxxar, fis-Siġġiewi u fl-Imsida, qegħdin insaħħu l-kapaċità, il-flessibbiltà u r-reżiljenza tan-network tad-distribuzzjoni, sabiex dan ikun jista' jilqa' għad-domanda dejjem tikber għall-elettriku. Dawn il-proġetti jiffurmaw parti minn programm usa' ta' investiment li l-Enemalta qiegħda twettaq madwar Malta u Għawdex, skont il-Pjan ta' Disa' Snin. L-għan tagħna huwa li nkomplu niżviluppaw infrastruttura moderna, robusta u affidabbli li, filwaqt li tindirizza l-ħtiġijiet tal-lum, tkun imħejjija wkoll għad-domanda u għall-iżviluppi futuri fis-settur tal-enerġija. Permezz ta' dan l-investiment kontinwu, qegħdin inkomplu nsaħħu s-sistema tal-elettriku ta' pajjiżna biex tkun aktar reżiljenti u flessibbli, għall-benefiċċju tal-familji, tan-negozji u tal-iżvilupp ekonomiku ta' Malta u Għawdex."


Aktar investiment fin-network nazzjonali

Dawn it-tliet proġetti jkomplu jibnu fuq il-programm ta' investiment li Enemalta qed twettaq f'diversi partijiet ta' Malta u Għawdex, li jinkludi ċentri tad-distribuzzjoni ġodda, it-tisħiħ ta' dawk eżistenti, substations ġodda u t-tqegħid ta' kilometri ta' cables taħt l-art.

Din il-ħidma hija mmirata biex tiżdied il-kapaċità tas-sistema, titnaqqas il-possibbiltà ta' interruzzjonijiet fil-provvista u, fejn iseħħu ħsarat, ikun hemm aktar flessibbiltà biex is-servizz jerġa' jiġi stabbilit fl-iqsar żmien possibbli.

Dawn iċ-ċentri ta' distribuzzjoni ġodda jingħaqdu ma' numru ta' DCs li sar tisħiħ fihom, fosthom fl-Imrieħel fejn ġiet irdoppjat il-kapaċità, u l-Mosta, Kirkop, Buġibba, St. Andrew's, u Paceville. Fl-aħħar ġimgħat beda ukoll il-proċess tal-għażla għal żewġ cables ġodda tal-elettriku ta' 33kV taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex, u ħarġet ukoll sejħa għall-offerti biex isir ċentru ta' distribuzzjoni ġdid għal Mater Dei.

Il-Gvern, permezz ta' Enemalta, se jkompli jwettaq investimenti strateġiċi fl-infrastruttura tal-elettriku biex jiżgura li s-sistema nazzjonali tkun tista' tlaħħaq mat-tkabbir ekonomiku, mal-ħtiġijiet tal-komunitajiet u mat-tranżizzjoni lejn sorsi ta' enerġija aktar nodfa.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Investiment ta’ €40 miljun biex tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku għal 33,000 f
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Investiment ta’ €40 miljun biex tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku għal 33,000 f
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Investiment ta’ €40 miljun biex tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku għal 33,000 f
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Investiment ta’ €40 miljun biex tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku għal 33,000 f
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Investiment ta’ €40 miljun biex tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku għal 33,000 f
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Investiment ta’ €40 miljun biex tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku għal 33,000 f
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow