Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Riżultati finali u allokazzjoni ta’ sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali – Stock tal-Gvern ta’ Malta – Ottubru 2026

PR261769
Date Icon 21/10/2026

B'referenza għall-Istqarrija għall-Istampa Nr. 261676 ippubblikata fid-9 ta' Ottubru 2026, id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali li jinkludu d-dettalji tas-sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) u l-allokazzjoni f'kull stock.

F'dan il-ħruġ, it-Teżor irċieva s-somma totali nominali ta' €616,692,900 minn investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €300,000,000 soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €200,000,000.

Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali

Sad-data tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa 7 ta' Ottubru 2026, it-Teżor irċieva 4,818 applikazzjoni mill-membri tal-pubbliku fiż-żewġ Stocks tal-Gvern ta' Malta li kellhom valur nominali ta' €178,692,900. Kif tħabbar diġà, dawn l-applikazzjonijiet li saru taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar minn qabel, ġew aċċettati kollha.

It-dettalji tal-applikazzjonijiet milqugħa u l-ammont aċċettat f'kull stock hu kif jidher hawn taħt:

Deskrizzjoni tal-istockNumru ta' ApplikazzjonijietAllokazzjoni Nominali (€)
4.30% Stock tal-Gvern ta' Malta 2037 (II) bi prezz ta' €100.00 3,197118,488,600
4.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2041 (III) bi prezz ta' €100.001,62160,204,300
Total 4,818178,692,900

Irkant Kompetittiv – Wholesale Investors

Sad-data tal-għeluq f'nofsinhar tal-Ġimgħa 9 ta' Ottubru 2026, it-Teżor irċieva 47 offerta minn investituri wholesale f'żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' € li ġew allokati kif ġej:

Deskrizzjoni tal-istockNumru ta' ApplikazzjonijietAllokazzjoni Nominali (€)
4.30% Stock tal-Gvern ta' Malta 2037 (II) bi prezz ta' €100.00 3,197118,488,600
4.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2041 (III) bi prezz ta' €100.001,62160,204,300
Total 4,818178,692,900

* Parti biss mill-offerta mitfugħa bi prezz cut-off ġiet aċċettata.

L-Istocks (MGSs) tal-investituri mhux professjonali (Retail) li jġibu l-ISINs MT0000014341 u MT0000014374 se jiġu elenkati fuq il-Borża ta' Malta nhar il-Ħamis, 22 ta' Ottubru 2026, u n-negozjar tagħhom jibda l-Ġimgħa, 23 ta' Ottubru 2026.

Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor Ħruġ ta' Stock tal-Gvern ta' Malta – Ottubru 2026 - The Department

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow