Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR U MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Investiment ta’ €930,000 biex tissaħħaħ il-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa Malti

pr261748
Date Icon 19/10/2026

Il-fondi Ewropej qed ikomplu jiġu investiti fl-agrikoltura Maltija permezz ta' proġett ta' aktar minn €930,000 mill-kumpanija BSS, f'faċilità moderna għall-ipproċessar taż-żebbuġ fir-Rabat, proġett kofinanzjat minn fondi Ewropej taħt il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni għall-Malta.

Dan il-proġett qed jimmodernizza s-settur taż-żejt taż-żebbuġa f'Malta permezz tal-faċilità ġdida, u qed tiġi introdotta teknoloġija avvanzata tal-ipproċessar, li se ttejjeb il-produttività, il-kwalità u l-innovazzjoni fil-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa.

B'investiment ta' dan it-tip se jkunu qed jiġu appoġġjati l-bdiewa lokali billi jiġu pprovduti aċċess aħjar għas-servizzi tal-ipproċessar. Fis-sena, madwar 2,000 razzett u produttur taż-żebbuġ huma mistennija li jagħmlu użu minn din il-faċilità.

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali, u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Keith Azzopardi Tanti attenda għall-ftuħ ta' dan il-proġett Innovation and Sustainability for Maltese Olive Oil Production. “Meta ninvestu l-fondi Ewropej fl-agrikoltura, inkunu qed ninvestu fil-ħidma u fil-futur tal-bdiewa tagħna. B'dan il-proġett il-bdiewa qed jingħataw aċċess għal teknoloġija aktar moderna li tgħinhom itejbu l-kwalità tal-prodott tagħhom u jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq," saħaq il-Ministru Azzopardi Tanti.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel Anton Refalo sostna li dan l-investiment huwa pass importanti ieħor fit-tisħiħ tas-settur agrikolu Malti, partikolarment fil-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa.

“Il-bdiewa tagħna għandhom bżonn l-għodod, l-infrastruttura u l-opportunitajiet biex ikomplu jtejbu l-prodott tagħhom u jkunu aktar kompetittivi. Permezz ta' din il-faċilità moderna, qed noħolqu opportunitajiet ġodda għall-produtturi taż-żebbuġ Maltin, filwaqt li nkomplu nagħtu valur lill-prodott lokali u lill-ħidma ta' dawk kollha li jaħdmu f'dan is-settur. Investimenti moderni bħal dawn huma wkoll importanti biex inħeġġu aktar żgħażagħ jersqu lejn l-agrikoltura u jaraw f'dan is-settur opportunità konkreta għall-futur tagħhom. Billi nkomplu ninvestu fit-teknoloġija u fl-innovazzjoni, inkunu qed nagħmlu s-settur agrikolu aktar attraenti għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda u nħeġġu aktar bdiewa żgħażagħ jibdew jew ikomplu jiżviluppaw l-attività agrikola tagħhom. L-għan tagħna huwa li nkomplu nibnu agrikoltura aktar sostenibbli, innovattiva u b'saħħitha għall-ġenerazzjonijiet futuri," qal il-Ministru Refalo.

Il-General Manager ta' BSS Ltd, Kurt Grima, qal li “bħala negozju tal-familja, nemmnu li t-tradizzjoni tat-tkabbir taż-żebbuġ f'Malta jistħoqqilha futur b'saħħtu. B'dan l-investiment qed noffru lill-produtturi Maltin u Għawdxin teknoloġija moderna biex iż-żebbuġ tagħhom jinbidel f'żejt ta' kwalità. Kemm jekk wieħed għandu tliet siġriet kif ukoll jekk għandu tliet mija, aħna se nkunu qed nappoġġjawhom."

Dan il-proġett juri kif il-fondi Ewropej jistgħu jsostnu l-modernizzazzjoni tal-agrikoltura u jagħtu lill-produtturi Maltin l-għodod biex ikunu aktar kompetittivi. Permezz ta' investimenti bħal dawn, qed jissaħħaħ settur li jgħaqqad il-kwalità tal-prodott Malti mal-innovazzjoni u s-sostenibbiltà.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR U MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Investiment ta’ €930,000 biex tissaħħaħ il-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa Malti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR U MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Investiment ta’ €930,000 biex tissaħħaħ il-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa Malti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR U MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL Investiment ta’ €930,000 biex tissaħħaħ il-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa Malti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow