Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ “Korp modern u motivat li se jibqa’ jkollu r-riżorsi kollha meħtieġa biex jiżgura s-sigurtà fil-pajjiż” – il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261731
Date Icon 16/10/2026

34 kuntistabbli ġodda jingħaqdu mal-Korp tal-Pulizija

34 kuntistabbli ġodda ngħaqdu uffiċjalment mal-Korp tal-Pulizija wara li temmew it-taħriġ tagħhom, waqt il-Passing Out Parade li saret aktar kmieni llum.

Waqt iċ-ċerimonja, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Glenn Bedingfield, feraħ lill-kuntistabbli l-ġodda għal dan il-pass importanti fil-karriera tagħhom, filwaqt li saħaq fuq ir-responsabbiltà li issa qed jafdahom biha l-Istat Malti.

“Il-ġurament li għadkom kemm ħadtu huwa ċar ħafna. Qegħdin twiegħdu li taqdu dmirkom skont il-liġi, mingħajr biża' jew favuri, ġibda jew mibegħda. It-test tal-ġurament huwa sett ta' prinċipji li għandhom jiggwidawkom kuljum, f'kull deċiżjoni li tieħdu u f'kull sitwazzjoni li ssibu ruħkom fiha," qal il-Ministru Bedingfield.

Huwa enfasizza li l-fiduċja tal-pubbliku tinkiseb permezz tal-imġiba, l-integrità u s-servizz li jingħata kuljum, u li l-Pulizija jridu jkunu preżenti fejn hemm bżonn u jaġixxu meta jkun meħtieġ. “Għandna fiduċja fikom u issa tridu l-fiduċja tan-nies li sservu. Din il-fiduċja ma tinkisibx bil-kliem biss, iżda bl-imġiba, bl-integrità u bis-servizz li tagħtu," sostna l-Ministru.

Il-Ministru Bedingfield tenna wkoll l-impenn li jkompli jsir investiment fil-membri tal-Korp tal-Pulizija sabiex dan ikun professjonali, modern u ppreparat biex jindirizza l-isfidi tas-soċjetà tal-lum. “Intom deħlin f'Korp modern u motivat, li se jibqa' jkollu r-riżorsi kollha meħtieġa biex tibqgħu tiżguraw is-sigurtà fil-pajjiż," qal il-Ministru.

Huwa temm billi rringrazzja lir-rekluti talli għażlu li jaqdu lil pajjiżhom u awguralhom kull suċċess fil-karriera tagħhom fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.

Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà, fakkar li dawn il-kuntistabbli qed jiktbu paġna ġdida fl-istorja tal-Korp. “Dan għaliex intom l-ewwel grupp ta' rekluti li qed tiggradwaw wara li temmejtu kors ta' sena akkreditat mill-Università ta' Malta," qal il-Kummissarju.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ “Korp modern u motivat li se jibqa’ jkollu r-riżorsi kollha meħtieġa biex jiżgura s-sigurtà fil-pajjiż” – il-Ministru Glenn Bedingfield
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ “Korp modern u motivat li se jibqa’ jkollu r-riżorsi kollha meħtieġa biex jiżgura s-sigurtà fil-pajjiż” – il-Ministru Glenn Bedingfield
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ “Korp modern u motivat li se jibqa’ jkollu r-riżorsi kollha meħtieġa biex jiżgura s-sigurtà fil-pajjiż” – il-Ministru Glenn Bedingfield
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow