Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA L-FSWS kompliet issaħħaħ s-servizzi soċjali matul l-2025

PR261730
Date Icon 16/10/2026

Is-sena 2025 kienet sena oħra li matulha l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) kompliet tinvesti fl-operat, fl-innovazzjoni filwaqt li kompliet tifrex is-servizzi tagħha madwar Malta u Għawdex.

L-FSWS hija l-fondazzjoni nazzjonali għas-servizzi soċjali speċjalizzati, li kontinwament jiġu aġġornati sabiex jilqgħu għal realtajiet kumplessi li kontinwament jinbidlu. Dan speċjalment f'servizzi li jingħata sapport lil tfal vulnerabbli, familji u adulti li ħafna drabi diġà kienu bbenefikaw minn servizzi bħal dawn.

Id-domanda għas-servizzi baqgħet konsistenti u kibret fuq is-snin preċedenti. Fil-fatt, matul is-sena l-oħra l-fondazzjoni rat 'il fuq minn 27,000 każ, żieda ta' 5% fuq is-sena 2024.  Dan it-tkabbir kontinwu jirrifletti wkoll il-fiduċja li l-pubbliku jpoġġi fil-professjonalità, l-aċċessibbiltà u l-effettività tas-servizzi tal-fondazzjoni.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u l-Familja, Michael Falzon waqt it-tnedija tar-rapport annwali tal-FSWS għas-sena l-oħra. Dan ir-rapport jagħti stampa ċara tal-għajnuna li tintalab u kif il-ħaddiema soċjali jwieġbu għal din is-sejħa.

“L-FSWS qed tkunu aktar aċċessibbli u aktar klijenti qed jiġu għandhom għax jafu li kapaċi jagħtu għajnuna, pjan individwali u fit-tul, bl-għan aħħari tkun dak ta' aktar stabbilità. Ejja niftakru li azzjoni fil-waqt jaf tgħin familja jew individwu jerġa' jibni ħajtu mill-ġdid," saħaq il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS Alfred Grixti tkellem ukoll dwar ix-xogħol kontinwu li qed twettaq il-fondazzjoni, fosthom ix-Shelter Emerġenza Għabex għall-Vjolenza Domestika, l-implimentazzjoni tal-proġett New Beginnings – Empowering Against Trafficking, u l-assigurazzjoni ta' fondi mill-UE għall-proġett Second Chance li jsostni żgħażagħ vulnerabbli.

“Matul is-sena 2025, il-Fondazzjoni kompliet tinvesti fil-kwalità tas-servizz, fl-iżvilupp tal-ħaddiema, fit-trasformazzjoni diġitali u fil-prattika ibbażata fuq evidenza. Saħħaħna wkoll l-kapaċità operattiva tagħna f'diversi servizzi u dan qed iwassal sabiex naraw aktar klijenti," saħaq il-Kap Eżekuttiv Alfred Grixti.

Intant il-Fondazzjoni kompliet tinvesti fil-ħaddiema b'aktar minn 1,000 impjegat fl-aħħar tal-2025. It-taħriġ u l-iżvilupp professjonali baqgħu prijoritajiet ewlenin, li raw madwar 200 sessjoni ta' taħriġ interni li għalihom attendew l-impjegati kollha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA L-FSWS kompliet issaħħaħ s-servizzi soċjali matul l-2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA L-FSWS kompliet issaħħaħ s-servizzi soċjali matul l-2025
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow