Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta se tipparteċipa fil-21 Laqgħa tal-Grupp Arraiolos fis-Slovenja

PR261695
Date Icon 13/10/2026

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta' Malta, se tipparteċipa fil-21 Laqgħa tal-Grupp Arraiolos, li se ssir fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2026 f'Ljubljana, fis-Slovenja.

Il-laqgħa ta' din is-sena se tkun ospitata mill-President tar-Repubblika tas-Slovenja, Nataša Pirc Musar, u se tlaqqa' flimkien Presidenti ta' Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li għandhom rwol mhux eżekuttiv.

Id-diskussjonijiet se jiffukaw fuq is-sigurtà u r-reżiljenza tal-Unjoni Ewropea, ir-rwol tagħha fix-xena internazzjonali, il-multilateraliżmu u l-futur tal-istituzzjonijiet internazzjonali.

Il-Grupp Arraiolos huwa forum informali li twaqqaf fl-2003, bil-laqgħat tiegħu joffru lill-Presidenti parteċipanti spazju għal skambju miftuħ ta' fehmiet dwar kwistjonijiet Ewropej u internazzjonali ta' interess komuni.

Sakemm il-President tkun barra minn Malta, Helena Dalli se sservi fil-kariga ta' Aġent President ta' Malta.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta se tipparteċipa fil-21 Laqgħa tal-Grupp Arraiolos fis-Slovenja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow