STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Riżultati proviżorji u allokazzjoni tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta’ Malta – Ottubru 2026
Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati proviżorji tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta' Malta ta' Ottubru 2026. It-Teżor irċieva s-somma nominali ta' madwar €617 miljun mill-investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €300 miljun soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €200 miljun.
B'konformità ma' Artikolu 9 taċ-Ċirkolari tal-Offerta ppubblikata fil-25 ta' Settembru 2026, it-Teżor se jeżerċita d-dritt li jżid is-somma awtorizzata tal-ħruġ b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €200 miljun oħra.
Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali (Retail)
Sad-data tal-għeluq, fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa s-7 ta' Ottubru 2026, il-valur nominali tal-applikazzjonijiet kollha magħmula minn investituri mhux professjonali (retail) fiż-żewġ stocks kien ta' madwar €179 miljun. Dawn l-applikazzjonijiet magħmula taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ, bi prezz fiss għal kull stock imħabbar qabel il-ftuħ tal-applikazzjonijiet, intlaqgħu kollha.
Id-dettalji tal-allokazzjoni f'kull stock se jiġu ppubblikati permezz ta' Stqarrija għall-Istampa u jittellgħu fuq is-sit elettroniku tat-Teżor wara t-tlestija tal-proċess ta' verifika tal-applikazzjonijiet mat-termini tal-Prospett Ġenerali u ċ-Ċirkolari tal-Offerta.
Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Wholesale (Irkant Kompetittiv)
Sad-data tal-għeluq, f'nofsinhar tal-Ġimgħa d-9 ta' Ottubru 2026, it-Teżor irċieva 47 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €438 miljun li ġew allokati kif ġej:
| Offerti sottomessi fl-Irkant | Allokazzjoni | |||
| Deskrizzjoni tal-istock | Nr. | Ammont Nominali (€) | Nr. | Ammont Nominali (€) |
| 4.30% Stock tal-Gvern ta' Malta 2037 (II) | 30 | 295,000,000 | 21* | 193,000,000 |
| 4.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2041 (III) | 17 | 143,000,000 | 16 | 128,000,000 |
| Offerti sottomessi fl-Irkant | Allokazzjoni | |||
| Deskrizzjoni tal-istock | Nr. | Ammont Nominali (€) | Nr. | Ammont Nominali (€) |
| 4.30% Stock tal-Gvern ta' Malta 2037 (II) | 30 | 295,000,000 | 21* | 193,000,000 |
| 4.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2041 (III) | 17 | 143,000,000 | 16 | 128,000,000 |
* Parti biss mill-offerta mitfugħa bi prezz cut-off ġiet aċċettata.
Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor (Home - teżor).
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901