STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-KABINETT Esebiti għall-ewwel darba siltiet mill-minuti ta’ laqgħat tal-Kabinett passati
pr261621
02/10/2026
Hekk kif għada l-Berġa ta’ Kastilja se tkun miftuħa għall-pubbliku, dawk kollha li se jżuru l-Uffiċċju tal-Prim Ministru se jkunu jistgħu jaraw erba’ siltiet mill-minuti tal-laqgħat tal-Kabinett mill-perjodu 1981-1992.
Dawn id-dokumenti se jkunu żvelati għall-ewwel darba u se jkunu esebiti fis-Sala tal-Kabinett, jiġifieri l-post fejn saru dawn l-istess diskussjonijiet u ttieħdu d-deċiżjonijiet dwarhom.
L-esebizzjoni ta’ dawn id-dokumenti storiċi qed issir waqt li qed isiru t-tħejjijiet biex minuti tal-laqgħat tal-Kabinett passati jiġu żvelati skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496).
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901