Left arrow Go Back

Malta called for stronger partnerships between the European Union and the countries of the southern Mediterranean at the MED9 Conference in Trogir, Croatia, with Minister Chris Fearne stressing that the region’s prosperity and stability depend on closer c

PR261616
Date Icon 02/10/2026

Din il-ġimgħa ntuża għall-ewwel darba f'Malta dual-chamber leadless pacemaker

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Ian Borg feraħ lid-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei wara li uża għall-ewwel darba f'Malta t-teknoloġija tad-dual-chamber leadless pacemaker, żvilupp importanti fil-kura tal-qalb għall-pazjenti f'Malta.

Id-Deputat Prim Ministru ltaqa' mat-tim Malti li wassal għal dan l-iżvilupp, fl-Isptar Mater Dei, wara li sar dan l-intervent storiku din il-ġimgħa. Dual-chamber leadless pacemakers, li huma madwar għaxar darbiet iżgħar minn pacemaker, ġew żviluppati f'dawn l-aħħar snin, bl-ewwel testijiet kliniċi jsiru fl-2022. Malta issa qed tingħaqad ma' diversi pajjiżi oħra li qed jadottaw din it-teknoloġija ġdida għal pazjenti b'ċerti kundizzjonijiet li jistgħu jillimitaw l-użu ta' pacemakers tradizzjonali.

“Nixtieq nirringrazzja lill-Isptar Mater Dei u lill-ħaddiema kollha tiegħu talli qed jaħdmu flimkien biex Malta tibqa' fuq quddiem fil-kardjoloġija – il-kardjologi, l-infermiera, cardiac physiologists, radiographers, it-timijiet tal-Cath Lab u tad-Dipartiment tal-Kardjoloġija, u ħafna ħaddiema oħrajn," stqarr Dr Borg, filwaqt li żied jgħid li, “Il-prijorità tagħna hija li nkomplu nappoġġjaw kull opportunità biex nagħtu l-aħjar kura possibbli, billi nadottaw l-aktar għodod u teknoloġiji avvanzati li jeħtieġu l-professjonisti tas-saħħa tagħna. Fl-aħħar mill-aħħar, l-avvanzi fil-mediċina jgħoddu l-aktar meta verament itejbu s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti tagħna."

Dr Andrew Cassar Maempel, Chairman tad-Dipartiment tal-Kardjoloġija u Konsulent Kardjologu fl-Isptar Mater Dei, spjega li, għall-kuntrarju ta' pacemakers konvenzjonali, leadless pacemakers jiġu impjantati direttament fil-qalb u ma jeħtiġux pacemaker pocket taħt il-ġilda jew leads li jgħaddu mill-vini. “Dan jista' jkun partikolarment importanti għal pazjenti partikolari li fil-passat kellhom infezzjonijiet b'tagħmir kardjologu konvenzjonali, dawk li għandhom riskju ogħla ta' infezzjoni, jew li għandhom aċċess ostakolat jew imblukkat għall-vini," qal Dr Cassar Maempel.

L-introduzzjoni ta' dual-chamber leadless pacemakers f'Malta hija pass ieħor 'il quddiem fil-programm ta' leadless pacing tal-Isptar Mater Dei, li beda fl-2023, bl-introduzzjoni ta' single-chamber leadless pacing. It-teknoloġija dual-chamber issa tippermetti li tagħmir żgħir ħafna, maqsum f'żewġ partijiet, wieħed fuq naħa tal-qalb u l-ieħor fuq naħa oħra, jikkomunikaw ma' xulxin biex jipprovdu dak li jissejjaħ coordinated pacing taż-żewġ partijiet tal-qalb.

Dan l-iżvilupp jirrifletti l-investiment kontinwu fil-kura kardjovaskulari avvanzata fl-Isptar Mater Dei, inkluż conduction system pacing u subcutaneous defibrillator therapy, flimkien mal-aħħar avvanzi fl-electrophysiology and arrhythmia ablation, interventi strutturali fuq il-qalb u interventi koronarji oħra.

Malta called for stronger partnerships between the European Union and the countries of the southern Mediterranean at the MED9 Conference in Trogir, Croatia, with Minister Chris Fearne stressing that the region’s prosperity and stability depend on closer c
Malta called for stronger partnerships between the European Union and the countries of the southern Mediterranean at the MED9 Conference in Trogir, Croatia, with Minister Chris Fearne stressing that the region’s prosperity and stability depend on closer c
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow