Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR261597
Date Icon 30/09/2026

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara analiżi li saret bħala parti mill-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-istess Awtorità. Il-prodott imsemmi hawn taħt m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment huwa kkontaminat bis-Salmonella.

Persuni infettati bis-Salmonella normalment jiżviluppaw sintomi bejn 12 u 36 siegħa wara l-infezzjoni, għalkemm il-perjodu ta’ inkubazzjoni jista’ jvarja minn 6 sa 72 siegħa. Is-sintomi ewlenin jinkludu dijarea, deni u wġigħ addominali, u d-dijarea tista’ kultant tkun bid-demm. Is-sintomi normalment idumu minn ftit jiem sa ġimgħa. Tfal żgħar, anzjani u dawk b’sistema immunitarja dgħajfa huma aktar f’riskju ta’ mard sever, li f’każijiet serji jista’ jirrikjedi dħul l-isptar.

Prodott:Pure Sesame Tahini
Ditta:Arkan
Dettalji:Numru tal-KodiċiData ta' Durabbilità

257502493

12/2027
Oriġini:L-Eġittu
Użin:400 g

Il-konsumatur m’għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 a.m. u t-3:00 p.m., jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow