Left arrow Go Back

STQARRIJA MINN FESTIVALS MALTA Festa Nazzjonali tal-Indipendenza 2026

PR261513
Date Icon 18/09/2026


Fl-okkażjoni tat-tnejn u sittin anniversarju ta' Jum l-Indipendenza, Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, se torganizza dawn l-attivitajiet li ġejjin.

Nhar it-Tnejn 21 ta' Settembru, fid-9:00am jitlaq marċ militari mill-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta minn quddiem il-bini tal-Parlament ta' Malta f'Misraħ il-Ħelsien għal Misraħ San Ġwann. Mal-wasla tal-President ta' Malta Myriam Spiteri Debono, jingħata salut nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur.

Fid-9:30am, tibda Quddiesa Pontifikali u tintemm bil-kant tat-Te Deum fil-Konkatidral ta' San Ġwann. Il-quddiesa tiġi mxandra live fuq Television Malta.

Wara l-quddiesa, isir it-tqegħid ta' fjuri fuq il-monument tal-Indipendenza l-Furjana mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż: il-President ta' Malta, l-Aġent Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni. Biswit l-istess monument jinħaraq salut ta' 21 tir mill-Forzi Armati ta' Malta.

Fit-8:00pm, fit-Teatru Manoel, isir il-kunċert ta' Jum l-Indipendenza bil-parteċipazzjoni tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta taħt id-direzzjoni ta' Mro Michael Laus.

Il-kunċert jinkludi xogħlijiet mill-kompożituri Maltin Steven Psaila u Christopher Muscat. Flimkien ma' dawn se jiġu interpretati wkoll siltiet mużikali ta' Gioachino Rossini, Giuseppe Verdi, Nikos Skalkottas u Jules Massenet. Il-kunċert se jixxandar fuq TVM + Live fit-8:00pm.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow