AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf (RASFF). Il-prodotti msemmija m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba li jista’ jkun fihom livelli għoljin tal-addittiv tal-ikel E422 (gliċerol).
Ammonti kbar ta’ gliċerol, speċjalment f’dan it-tip ta’ prodott, jistgħu jikkawżaw uġigħ ta’ ras, dardir u rimettar fi tfal żgħar.
| Deskrizzjoni tal-Prodotti: | “Liquid Candy to freeze with fruits:
|
| Ditta: | FROSTY POCKET |
| Volum Nett: | 150ml |
| Numru Tal-Lott: | Lottijiet kollha |
| Data tad-durabbiltà: | Dati kollha |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta’ filgħodu u t-3:00 ta’ wara nofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901