Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Mixja tal-Malta Pride: spazju ta’ libertà, dinjità u ugwaljanza għal kulħadd

pr261477
Date Icon 12/09/2026

Is-Sibt wara nofsinhar, il-Ministru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili Rosianne Cutajar attendiet għall-Mixja tal-Pride fil-Belt Valletta, organizzata mill-Allied Rainbow Communities.

Il-Pride għandu l-għeruq tiegħu fil-ġlieda għall-viżibbiltà, għad-drittijiet u għall-ugwaljanza tal-persuni LGBTIQ+. F’Malta, l-ewwel Mixja tal-Pride saret fl-2004 u minn dakinhar kibret f’avveniment nazzjonali li jiġbor flimkien eluf ta’ persuni.

Il-Ministru Rosianne Cutajar enfasizzat li l-Gvern jibqa’ kommess li jkompli jibni soċjetà fejn kull persuna tkun tista’ tgħix b’dinjità, b’rispett u b’mod awtentiku, ħielsa mid-diskriminazzjoni u mill-esklużjoni.

Il-Ministru Cutajar qalet li għalkemm Malta għamlet passi importanti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ugwaljanza, għad hemm persuni li jġarrbu preġudizzju, biża’ jew esklużjoni. Sostniet li l-Gvern se jkompli jaħdem biex kull persuna, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali, mill-identità tal-ġeneru jew minn kull status ieħor, tgawdi d-drittijiet tagħha bis-sħiħ, ikollha aċċess ugwali għall-opportunitajiet u tħossha sigura fil-komunità tagħha.

Il-Pride jibqa’ importanti mhux biss bħala ċelebrazzjoni tal-kisbiet li saru matul is-snin, iżda wkoll bħala opportunità biex inkomplu nqajmu kuxjenza dwar ir-realtajiet li għadhom jiffaċċjaw persuni LGBTIQ+. Huwa wkoll mument li jfakkarna fir-responsabbiltà kollettiva tagħna biex nkomplu nsaħħu ir-rispett, l-inklużjoni u  l-ugwaljanza fis-soċjetà tagħna.

“Ir-rispett, l-inklużjoni u l-ugwaljanza mhumiex messaġġ għal ġimgħa waħda biss, iżda impenn li jmexxina matul is-sena kollha. Aħna kommessi li nkomplu l-ħidma favur Malta aktar ġusta, aktar ugwali u aktar magħquda, fejn kull persuna tkun tista’ tħobb lil min trid, tesprimi l-identità tagħha liberament, tgħix b’dinjità u tagħti sehemha fis-soċjetà mingħajr ma tkun imxekkla mill-preġudizzji u d-diskriminazzjoni,” temmet tgħid il-Ministru Cutajar.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Mixja tal-Malta Pride: spazju ta’ libertà, dinjità u ugwaljanza għal kulħadd
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Mixja tal-Malta Pride: spazju ta’ libertà, dinjità u ugwaljanza għal kulħadd
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Mixja tal-Malta Pride: spazju ta’ libertà, dinjità u ugwaljanza għal kulħadd
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow