Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-GVERN TA' MALTA

PR261417
Date Icon 03/09/2026


Il-Gvern jinnota s-sentenza mogħtija mill-Qorti Kriminali presjeduta mill-Imħallef Edwina Grima, wara l-verdett tal-ġurati fil-proċess kriminali dwar l-omiċidju tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia.

Il-Gvern jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Qorti fl-istess sentenza sabiex kopja tax-xiehda mogħtija fil-ġuri tidħol f'żewġ inkjesti mmexxija mill-Maġistrati Inkwirenti, u dik tan-notifika lill-Kummissarju tal-Pulizija tal-istess xiehda sabiex jara jekk hemmx terzi li jistgħu jkunu passibbli għal xi proċeduri kriminali.

Il-Gvern jirrijafferma l-impenn tiegħu li jkompli joffri r-riżorsi sħaħ meħtieġa sabiex l-istituzzjonijiet kollha jwettqu l-funzjonijiet sħaħ tagħhom.

Bħalma għamel il-bieraħ, il-Gvern jerġa' jsejjaħ għall-prudenza u kawtela fil-kuntest tas-sentenza mogħtija, anke għall-fatt li għad hemm terminu partikolari li qed jiddekorri marbut mal-proċess kriminali tal-ġuri, u dak imsemmi mill-Qorti fis-sentenza tagħha.

F'dan il-kuntest, ħadd ma għandu jippreġudika proċessi ġudizzjarji jew investigattivi.

Il-Gvern jibqa' impenjat li jara li l-ġustizzja titwettaq mill-istituzzjonijiet ta' pajjiżna b'rispett sħiħ lejn is-saltna tad-dritt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

More Press Releases Right arrow