Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Imsaħħa l-kapaċità tal-faċilitajiet korrettivi b'binja f'Ħal Far

PR261395
Date Icon 31/08/2026


Madwar 30 persuna se jkunu trasferiti gradwalment mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin

Fil-jiem li ġejjin mistennija tkun lesta binja ġdida f'Ħal Far li għandha sservi bħala estensjoni tal-ħabs. Ix-xogħlijiet, li qed isiru minn ħaddiema tal-ħabs stess u persuni fil-ħabs, jinsabu fi stadju avvanzat ħafna.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Glenn Bedingfield żar din il-binja u rringrazzja personalment lil kull min kien qed jaħdem biex tkun tista' tibda tintuża bla dewmien billi n-nies fil-ħabs qed jiżdiedu kuljum. “Dan qed isir grazzi għall-ħidma li qed twettaq il-Pulizija, li qed tressaq aktar nies quddiem il-ġustizzja u dan joħloq pressjoni fuq il-ħabs," qal il-Ministru Glenn Bedingfield.

F'din il-binja ġdida mistennija jintbagħatu mat-30 persuna li jkunu lejn l-aħħar xhur tas-sentenza tagħhom. Il-post huwa mgħammar tajjeb u bl-istess kundizzjonijiet li hemm fil-Ħabs ta' Kordin. Il-binja tifforma parti miċ-Ċentru ta' Detenzjoni.

F'Kordin bħalissa hemm mat-800 persuna. Il-Ministru Bedingfield  qal “Ma nistgħux ninjoraw il-fatt li għandna faċilità li nbniet fl-1850, kważi mitejn sena ilu, u minkejja li matul is-snin saru diversi xogħlijiet u żviluppi, hemm limitazzjonijiet inerenti fl-istruttura u fl-ispazju disponibbli".

Għalhekk, matul dawn l-aħħar ġimgħat, saru diversi diskussjonijiet u ppjanar biex jiġu identifikati soluzzjonijiet konkreti li jindirizzaw il-pressjoni fuq il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u fl-istess waqt ikomplu jtejbu l-infrastruttura u l-faċilitajiet disponibbli għall-persuni inkarċerati.

Il-Ministru żied jgħid illi “Il-prijorità tagħna hija ċara: irridu nassiguraw is-sigurtà fil-faċilitajiet korrettivi, filwaqt li nagħtu kundizzjonijiet xierqa lil kull persuna li tinsab inkarċerata. Se nkomplu nieħdu l-miżuri meħtieġa biex nindirizzaw il-pressjoni li teżisti fuq Kordin u nkomplu ninvestu f'infrastruttura li tirrifletti r-realtajiet tal-lum".

Huwa saħaq li kull miżura li qed tittieħed fil-qasam korrettiv qed issir bir-rispett sħiħ tal-obbligi legali Maltin u tal-konvenzjonijiet Ewropej li Malta hija firmatarja tagħhom.

“Is-sigurtà u l-kundizzjonijiet xierqa mhumiex għażla, huma responsabbiltà tagħna. Se nkomplu naħdmu biex ikollna sistema korrettiva aktar sigura, aktar effiċjenti u li kapaċi tirrispondi għall-isfidi li qed tiffaċċja," stqarr il-Ministru Bedingfield.

Ritratti: MHS

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Imsaħħa l-kapaċità tal-faċilitajiet korrettivi b'binja f'Ħal Far
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Imsaħħa l-kapaċità tal-faċilitajiet korrettivi b'binja f'Ħal Far
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  MCCAA signs new Collective Agreement delivering substantial improvements in salaries, employee benefits and professional development opportunities

PR261917en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  L-MCCAA tiffirma Ftehim Kollettiv ġdid li se jwassal għal titjib sostanzjali fis-salarji, fil-benefiċċji tal-impjegati u opportunitajiet imsaħħa ta’ żvilupp professjonali

PR261917

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow