Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Jerġgħu jitħabbru l-iskemi ta' fondi VOPS u SIS għall-għaqdiet volontarji biex iwettqu proġetti fil-komunità

PR261394
Date Icon 31/08/2026


Għaqdiet volontarji ser jibbenefikaw minn kważi miljun ewro f'fondi

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS) għal sena oħra qiegħed jerġa' jniedi l-iskemi Voluntary Organisations Projects Scheme, magħrufa aħjar mal-għaqdiet bħala l-iskema VOPS, u s-Small Initiative Support Scheme magħrufa bħala SIS. Dawn l-iskemi jassistu finanzjarjament u b'mod tanġibbli għaqdiet volontarji sabiex iwettqu l-ideat tagħhom u jsarrfuhom fi proġetti diretti fil-komunità. Il-baġit allokat għalihom huwa ta' €800,000 għall-VOPS, u €180,000 għas-SIS.

It-tħabbira tal-ftuħ ta' dawn l-iskemi saret mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia waqt żjara li saret għand il-Malta Sea Cadets, għaqda volontarja li ilha stabbilita f'Malta mis-snin sittin u li trawwem id-dixxiplina u interess f'suġġetti marittimi fost mijiet ta' żgħażagħ u l-adulti. Mill-1995, il-Malta Sea Cadets ilhom joperaw mill-Gunpowder Magazine fil-Kalkara, bini storiku li jservi bħala s-sede prinċipali tagħhom u li permezz ta' proġett VOPS wettqet ukoll xogħlijiet elettriċi fis-simulatur tagħha, li jintuża biex joħloq xenarju realistiku ta' dgħajsa li tkun qiegħda tieħu l-ilma. B'dan il-mod, il-cadets jitħarrġu dwar kif għandhom jaġixxu u joperaw b'mod sigur, organizzat u effettiv f'sitwazzjoni ta' emerġenza fuq il-baħar.

Waqt iż-żjara, il-Ministru ppreżentat ukoll ċertifikat u badge lil Shizann Agius Gaffarena, tfajla ta' 12-il sena, wara li għaddiet mill-grad ta' Junior Cadet għal dak ta' New Entry Cadet. Il-Ministru sostniet li dan huwa eżempju konkret tal-ħidma siewja li jwettqu l-għaqdiet volontarji fost it-tfal u ż-żgħażagħ, filwaqt li fakkret li, matul is-snin, permezz tal-iskemi SIS u VOPS ġew implimentati madwar elf proġett fil-komunitajiet tagħna.

Il-proġetti eliġibbli għaż-żewġ skemi jistgħu jkunu mill-oqsma kollha mis-settur tal-volontarjat, bħall-ambjent sostenibbli, arti, mużika, sport, edukazzjoni, kultura, drittijiet ċivili u l-qasam taż-żgħażagħ. Fil-każ tal-VOPS, dawn il-proġetti jistgħu jkunu inizjattivi differenti inkluż inizjattivi jew xogħol fil-komunità, proġetti infrastrutturali, riċerka, jew favur it-tisħiħ tal-inklużjoni relatat mas-saħħa u d-diżabilità biex jgħinu jkollna komunità aktar inklussiva. Min-naħa l-oħra, permezz tas-SIS jistgħu jitwettqu proġetti iżgħar sa massimu ta' €5,000 kull proġett.

L-applikazzjonijiet tas-SIS ser jintlaqgħu mill-Erbgħa 9 ta' Settembru sa nofsinhar tal-Erbgħa 7 ta' Ottubru, filwaqt li dawk tal-VOPS ser jintlaqgħu mill-Erbgħa 23 ta' Settembru sa nofsinhar tal-Erbgħa 21 ta' Ottubru.

L-applikazzjonijiet, flimkien ma' gwida għall-applikanti u l-informazzjoni kollha neċessarja, ser ikunu fis-sit elettroniku vofunding.org.mt. Ser isiru wkoll numru ta' laqgħat ta' informazzjoni sabiex ikunu ta' gwida għall-għaqdiet matul il-proċess tal-applikazzjoni.

Waqt din iż-żjara, il-Ministru Julia Farrugia, stqarret li, “Dan il-Gvern jemmen bis-sħiħ li l-għaqdiet volontarji huma pilastru essenzjali ta' soċjetà ġusta, inklussiva u solidali. Għalhekk, mhux biss qed inġeddu dawn l-iskemi, iżda qed ninvestu kważi miljun ewro biex nagħtu lill-għaqdiet l-għodod meħtieġa ħalli l-ideat tagħhom isiru proġetti konkreti li jtejbu l-ħajja tan-nies. Se nkomplu nsostnu lis-settur tal-volontarjat b'deċiżjonijiet u investiment li jħallu riżultati tanġibbli fil-komunitajiet tagħna."

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-MCVS, Mauro Pace Parascandalo, qal li “l-VOPS u s-SIS huma skemi ewlenin tal-Kunsill, u l-ġid li għamlu matul is-snin jinħass mhux biss fl-għoti ta dawn il-fondi lill-għaqdiet, imma b'mod tanġibbli kważi fl-irħula u kommunitajiet kollha f'Malta u Għawdex. Għaldaqstant inkomplu nħeġġu lill-għaqdiet sabiex ikomplu joħolmu u jikkonkorru għal dawn il-fondi".

L-għaqdiet volontarji li japplikaw iridu jkunu rreġistrati u konformi mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.

Ritratti: MIV

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Jerġgħu jitħabbru l-iskemi ta' fondi VOPS u SIS għall-għaqdiet volontarji biex iwettqu proġetti fil-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Jerġgħu jitħabbru l-iskemi ta' fondi VOPS u SIS għall-għaqdiet volontarji biex iwettqu proġetti fil-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Jerġgħu jitħabbru l-iskemi ta' fondi VOPS u SIS għall-għaqdiet volontarji biex iwettqu proġetti fil-komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  MCCAA signs new Collective Agreement delivering substantial improvements in salaries, employee benefits and professional development opportunities

PR261917en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  L-MCCAA tiffirma Ftehim Kollettiv ġdid li se jwassal għal titjib sostanzjali fis-salarji, fil-benefiċċji tal-impjegati u opportunitajiet imsaħħa ta’ żvilupp professjonali

PR261917

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow