Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR261375
Date Icon 26/08/2026

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara analiżi li saret bħala parti mill-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-istess Awtorità, l-imsemmi prodott li jiġi f'kuntatt mal-ikel ma għandux jintuża minħabba li nstab li waqt l-użu jista' jkun hemm migrazzjoni ta' “Primary Aromatic Amines".

“Primary Aromatic Amines" huma sustanzi kimiċi li jistgħu jemigraw minn oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel lejn l-ikel innifsu. Dawn is-sustanzi jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa.

Deskrizzjoni tal-oġġett:'Kitchen Ladle' 
Ditta:Sunlux
EAN:8 058778 279786
Numru tal-Artiklu:7827978
Numru Tal-Lott:0824
Oriġini:Iċ-Ċina




Il-konsumatur ma għandux juża dan l-oġġett u huwa mitlub jew jarmi l-oġġett indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  ’Il fuq minn 6,000 persuna rċevew l-għajnuna tal-Victim Support Agency fl-ewwel ħames snin mit-twaqqif tagħha

PR261918

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ ’Il fuq minn 6,000 persu...

More Press Releases Right arrow