AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieviet mingħand l-operatur involut, u permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF), il-prodott imsemmi ma għandux jiġi kkunsmat minħabba li possibbilment instab li fih pestiċida li mhijiex awtorizzata għall-użu (Thiamethoxam).
| Deskrizzjoni tal-Prodott: | Fenugreek Leaves “Kasoori Methi" | ||
| Ditta: | MDH | ||
| Użin: | 100g | ||
| Numru Tal- Lott: | Lot312 | ||
| Data tad-durabbiltà: | 30/11/26 |
Il-konsumatur ma għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922