STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Ir-Rabat (Malta)
Nomini ta' Kandidati
Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi se tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta' Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta' Ir-Rabat (Malta) wara l-mewt tal-Kunsillier Nazju Cassar, sa nhar l-Erbgħa 19 ta' Awwissu, 2026 f'nofsinhar.
Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom personalment fl-Uffiċċju Elettorali fin-Naxxar bejn l-10:00 ta' filgħodu u nofsinhar, minn nhar it-Tnejn 17 ta' Awwissu sal-Erbgħa, 19 ta' Awwissu, 2026, jew online permezz tal-link https://electoral.gov.mt/nominations minn nhar it-Tnejn 17 ta' Awwissu fl-10:00 ta' filgħodu sa nofsinhar Erbgħa, 19 ta' Awwissu, 2026.
Il-kandidati prospettivi huma avżati li jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità tagħhom. F'każ li l-formola tan-nomina se tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta' mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika għal dan il-għan u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma' kull nomina għandu jsir depożitu ta' €90.
Il-formoli tan-nomini tal-kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali matul il-ġranet tan-nomini.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922