AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara analiżi li saret bħala parti mill-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-istess Awtorità, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li jista' jkun fih livelli għoljin tal-kulur E110 (Sunset Yellow). Il-livelli misjuba jaqbżu l-limiti permessi u għalhekk jippreżentaw riskju sinifikanti u inaċċettabbli għas-saħħa tal-konsumatur.
| Deskrizzjoni tal-Prodott: | “Bubble Milk Tea Drink" |
| Ditta: | RICO |
| Volum: | 340 ml |
| Numru Tal-Kodici: | 8720663431295 |
| Data tad-durabbiltà: | 13/01/28 |


Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 a.m. u t-3:00 p.m., jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922