Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jkompli jwettaq diversi proġetti fil-Komunità Terapewtika ta’ San Blas

PR261334
Date Icon 11/08/2026

Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed ikompli jwettaq diversi proġetti fil-Komunità Terapewtika ta' San Blas, b'investimenti li qed itejbu l-faċilitajiet u jsaħħu s-sigurtà tal-ambjent fejn jingħataw servizzi essenzjali. Fost dawn l-interventi, bħalissa jinsab fl-aħħar stadji tar-rikostruzzjoni tal-ħajt tal-Komunità, proġett li beda wara intervent urġenti biex jiġi eliminat riskju għas-sigurtà.

Dan il-proġett huwa parti minn ħidma usa' li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed iwettaq f'għadd ta' komunitajiet, entitajiet u organizzazzjonijiet mhux governattivi madwar Malta u Għawdex. Permezz ta' dawn l-investimenti, id-Dipartiment ikompli joffri l-għajnuna teknika u l-ħidma tiegħu biex jittejbu l-faċilitajiet li jipprovdu servizzi essenzjali lill-komunità, filwaqt li jindirizza b'mod effettiv interventi infrastrutturali li jsaħħu s-sigurtà, l-aċċessibbiltà u l-kwalità tal-ambjent fejn jingħataw dawn is-servizzi.

Dan tħabbar waqt żjara fuq il-post tax-xogħol mill-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi Alison Zerafa Civelli, akkumpanjata mid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, il-Perit Stephen Bonello, u mid-Direttur ta' Caritas Malta, Anthony Gatt. Matul iż-żjara, il-Ministru ngħatat aġġornament dwar l-andament tax-xogħlijiet, li jinsabu fi stadju avvanzat u qed jitwettqu skont il-pjan u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi approvati.

Il-Ministru Alison Zerafa Civelli qalet li dan l-intervent juri l-impenn tal-Gvern biex, permezz tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, ikompli jwieġeb b'mod konkret għall-ħtiġijiet tal-komunitajiet u tal-organizzazzjonijiet li jaqdu rwol importanti fis-soċjetà. “Meta ninvestu fl-infrastruttura ta' entitajiet bħall-Caritas, inkunu qed ninvestu direttament fin-nies. Il-prijorità tagħna tibqa' li nindirizzaw sitwazzjonijiet li joħolqu riskji għas-sigurtà, filwaqt li noffru l-appoġġ meħtieġ biex dawn l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jkomplu jagħtu s-servizz imprezzabbli tagħhom lill-komunità," sostniet il-Ministru Zerafa Civelli.

Id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, il-Perit Stephen Bonello, spjega li x-xogħlijiet qed jitwettqu skont l-ogħla standards tekniċi, b'enfasi fuq is-saħħa strutturali u s-sigurtà, filwaqt li jiġu rispettati l-karatteristiċi eżistenti tas-sit.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur ta' Caritas Malta, Anthony Gatt, irringrazzja lill-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għar-rispons u l-kollaborazzjoni tagħhom, u sostna li dan l-intervent se jkompli jsaħħaħ is-sigurtà tal-persuni li kuljum jagħmlu użu mill-Komunità Terapewtika ta' San Blas.

L-intervent sar wara li Caritas Malta talbet l-assistenza tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi minħabba d-deterjorament ta' parti mill-ħajt fil-Komunità Terapewtika ta' San Blas. Wara l-istħarriġ tekniku li sar fuq il-post, id-Dipartiment beda l-intervent billi tneħħew b'mod ikkontrollat is-sezzjonijiet tal-ħajt li kienu strutturalment dgħajfa, filwaqt li nżammu dawk il-partijiet li kienu għadhom fi stat tajjeb.

Ir-rikostruzzjoni tal-ħajt qed issir bil-ġebla tal-franka, b'mod li jinżamm il-karattru eżistenti tas-sit, filwaqt li qed jiġu inkorporati wkoll sistemi ta' drenaġġ biex titnaqqas il-pressjoni tal-ilma wara l-ħajt u tissaħħaħ l-istabbiltà tiegħu fit-tul. Ix-xogħlijiet issa jinsabu fl-aħħar stadji tagħhom u, ladarba jitlesta l-bini tal-ħajt, se jsiru l-aħħar xogħlijiet ta' finituri, tindif tas-sit u spezzjoni finali biex jiġi ċċertifikat li l-intervent sar skont l-ogħla standards ta' kwalità u sigurtà.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jkompli jwettaq diversi proġetti fil-Komunità Terapewtika ta’ San Blas
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jkompli jwettaq diversi proġetti fil-Komunità Terapewtika ta’ San Blas
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jkompli jwettaq diversi proġetti fil-Komunità Terapewtika ta’ San Blas
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow