Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Aktar minn 190,000 pazjent ingħataw kura fiċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa ta’ Ċensu Moran

pr261316
Date Icon 05/08/2026

Studji sabiex il-mudell ta’ dan iċ-Ċentru jiġi replikat fit-Tramuntana tal-pajjiż

Aktar minn 190,000 pazjent ingħataw kura fiċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa  Ċensu Moran minn mindu beda jopera f’Settembru li għadda, hekk kif dan iċ-ċentru kompla jespandi l-firxa ta’ servizzi speċjalizzati u dijanjostiċi li joffri fil-komunità. 

Permezz ta’ dan iċ-Ċentru, il-Gvern qed joffri għexieren ta’ servizzi mediċi u professjonali, filwaqt li se jkompli jinvesti f’aktar tisħiħ, fosthom bl-introduzzjoni ta’ CT Scanner u l-iżvilupp ta’ Medical Investigation and Treatment Unit (MITU), fost ħafna servizzi oħra.

Waqt żjara f’dan iċ-Ċentru, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Ian Borg iltaqa’ mat-tmexxija, il-professjonisti tas-saħħa u l-ħaddiema li kuljum jagħtu s-servizz tagħhom lil eluf ta’ pazjenti. Flimkien iddiskutew l-iżvilupp ta’ dan iċ-Ċentru tul l-aħħar sena, kif ukoll il-pjanijiet sabiex ikompli jinvesti f’aktar servizzi, sabiex il-pazjenti jkomplu jirċievu kura ta’ kwalità, eqreb lejn il-komunitajiet tagħhom. Fl-istess waqt, iċ-Ċentru Ċensu Moran qed ikompli jnaqqas il-pressjoni fuq l-Isptar Mater Dei.

Id-Deputat Prim Ministru ħabbar ukoll li l-Gvern beda jistudja pjanijiet sabiex il-mudell taċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa Ċensu Moran jiġi replikat fit-Tramuntana tal-pajjiż.

“Hawnhekk qed naraw sinerġija bejn il-kura sekondarja u dik primarja sabiex aktar persuni jirċievu servizz ta’ eċċellenza eqreb lejn djarhom. Dan iċ-Ċentru qed itejjeb l-esperjenza tal-pazjent meta jfittex il-kura, hekk kif se nkomplu nintroduċu aktar servizzi fl-istess ċentru fiż-żmien li ġej. Fl-istess waqt, qed insegwu mill-qrib l-esperjenza u l-iżvilupp ta’ dan il-mudell ġdid għal pajjiżna għaliex irridu li fil-futur, nimplimentaw dawn s-servizzi fi bnadi oħra ta’ pajjiżna,” qal id-Deputat Prim Ministru Borg.

Dr Michael Farrugia, Amministratur Mediku taċ-Ċentru Reġjonali, saħaq li llum iċ-Ċentru joffri firxa estensiva ta’ servizzi ta’ kura primarja u sekondarja li jinkludu servizz ta’ emerġenza GP Walk-in, X-Ray, teatru oftalmiku, kmamar tat-trattament, kif ukoll għadd kbir ta’ kliniċi speċjalizzati. Huwa spjega wkoll li ċ-ċentru qed ikompli jespandi l-kapaċità tiegħu għal day procedures, fejn minn Jannar ta’ din is-sena saru 1,516 pain procedures, filwaqt li minn Lulju permezz tat-teatru oftalmiku saru 135 operazzjoni tal-għajnejn. Fix-xhur li ġejjin ser jidħlu fis-seħħ ukoll numru ta’ servizzi ġodda fosthom kliniċi tad-dermatoloġija, ENT, dentali, ortotiċi, testijiet avvanzati tal-qalb u aktar servizzi ta’ onkoloġija u pedjatrija speċjalizzata, fost ħafna servizzi oħra. 

“Ġewwa ċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa ta’ Ċensu Moran qed inwasslu aktar kura speċjalizzata fil-komunità. Bosta servizzi li sal-lum kienu jingħataw biss fl-Isptar Mater Dei llum qed noffruhom minn dan iċ-ċentru, filwaqt li l-pazjenti qed jibbenefikaw ukoll mis-servizz tal-Kura Primarja għal każijiet urġenti. Dan ifisser inqas pressjoni fuq l-isptar, ħinijiet ta' stennija iqsar u servizz aktar qrib in-nies,” temm jgħid Dr Farrugia.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Aktar minn 190,000 pazjent ingħataw kura fiċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa ta’ Ċensu Moran
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Aktar minn 190,000 pazjent ingħataw kura fiċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa ta’ Ċensu Moran
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Aktar minn 190,000 pazjent ingħataw kura fiċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa ta’ Ċensu Moran
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow