Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Xogħlijiet mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi sabiex jagħtu wiċċ ġdid lil tliet toroq fil-Ħamrun b’investiment ta’ kważi nofs miljun ewro

PR261283
Date Icon 31/07/2026

Tliet toroq fil-Ħamrun qed jingħataw wiċċ ġdid permezz ta' investiment ta' kważi nofs miljun ewro, li se jtejjeb kemm l-infrastruttura taħt l-art kif ukoll il-kwalità u d-dehra tat-toroq.

Ix-xogħlijiet li qed jitwettqu mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, u li jkopru Triq Atoċja, Triq id-Duka ta' Edinburgh u passaġġ fi Triq San Franġisk, jinkludi t-tneħħija tal-paviment eżistenti, xogħlijiet ta' skavar, is-sostituzzjoni tal-main u l-konnessjonijiet tad-djar tal-ilma, il-kostruzzjoni ta' bażi ġdida tal-konkos rinfurzat, kif ukoll it-tqegħid ta' paviment ġdid ta' kwalità ogħla u aktar reżistenti biex jiflaħ aħjar għall-użu ta' kuljum.

Dan tħabbar fi żjara fuq il-lant tax-xogħol li għamlet il-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Alison Zerafa Civelli, flimkien mad-Direttur Ġeneral tad-Diviżjoni tal-Proġetti tal-Komunità fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi l-Perit Nadia Gatt, u s-Sindku tal-Ħamrun Christian Sammut.

Il-Ministru Alison Zerafa Civelli qalet li dan l-investiment huwa parti mill-impenn kontinwu tal-Gvern biex ikompli jtejjeb l-infrastruttura lokali madwar il-pajjiż. Hija spjegat li proġetti bħal dawn mhux biss jagħtu dehra aktar sabiħa lit-toroq, iżda jsaħħu wkoll is-servizzi essenzjali taħt l-art u joffru ambjent aktar sigur u aċċessibbli għar-residenti u għal dawk kollha li jużaw dawn it-toroq.

“Il-komunitajiet tagħna jistħoqqilhom infrastruttura ta' kwalità li tagħmel differenza fil-ħajja ta' kuljum tagħhom. Huwa għalhekk li qed inkomplu naħdmu id f'id mal-kunsilli lokali sabiex inwettqu proġetti li mhux biss isebbħu l-lokalitajiet tagħna, iżda wkoll isaħħu s-servizzi essenzjali u joffru toroq aktar siguri u aċċessibbli għar-residenti", temmet tgħid il-Ministru.

Id-Direttur Ġenerali Nadia Gatt Curmi qalet li x-xogħlijiet qed jitwettqu skont l-aqwa standards tekniċi, b'enfasi fuq il-kwalità u d-durabbiltà tal-infrastruttura. Hija żiedet li l-interventi huma mfassla biex jiżguraw toroq aktar reżistenti u servizzi taħt l-art aktar affidabbli għall-benefiċċju tar-residenti.

Is-Sindku tal-Ħamrun Christian Sammut irringrazzja lill-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Public Works għall-kollaborazzjoni u l-appoġġ kontinwu biex dawn ix-xogħlijiet setgħu jitwettqu. Huwa qal li interventi ta' din ix-xorta huma ta' importanza kbira għall-komunità Ħamruniża, peress li mhux biss qed itejbu l-infrastruttura tat-toroq, iżda qed jagħtu wkoll ħajja ġdida lil żoni storiċi tal-lokal.

Waħda mill-aktar partijiet sinifikanti ta' dan il-proġett hija r-riġenerazzjoni ta' Triq Atoċja, meqjusa bħala l-eqdem u l-aktar parti storika tal-Ħamrun. Permezz ta' dan l-intervent, mhux biss se tiġi mtejba l-infrastruttura tat-triq, iżda se jkompli jissaħħaħ il-karattru storiku u kulturali ta' din iż-żona, biex tkun tista' titgawda aħjar kemm mir-residenti. Bħala parti mix-xogħlijiet, se jsir ukoll intervent fuq iż-żuntier tas-Santwarju tal-Madonna ta' Atoċja

Ix-xogħlijiet fi Triq id-Duka ta' Edinburgh għaddejjin b'ritmu tajjeb. Wara li tlestew it-tneħħija tal-paviment eżistenti, ix-xogħlijiet ta' skavar, is-sostituzzjoni tas-servizzi tal-ilma u l-kostruzzjoni tal-bażi tal-konkos rinfurzat, bħalissa għaddej it-tqegħid tal-paviment il-ġdid.

Il-proġett, li beda f'April 2026 u huwa mistenni jitlesta f'Ottubru 2026, qed jitwettaq fuq medda ta' madwar 1,200 metru kwadru u se jkompli jtejjeb kemm is-servizzi taħt l-art kif ukoll il-kwalità tal-infrastruttura f'din il-parti tal-Ħamrun.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Xogħlijiet mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi sabiex jagħtu wiċċ ġdid lil tliet toroq fil-Ħamrun b’investiment ta’ kważi nofs miljun ewro
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Xogħlijiet mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi sabiex jagħtu wiċċ ġdid lil tliet toroq fil-Ħamrun b’investiment ta’ kważi nofs miljun ewro
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Xogħlijiet mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi sabiex jagħtu wiċċ ġdid lil tliet toroq fil-Ħamrun b’investiment ta’ kważi nofs miljun ewro
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Xogħlijiet mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi sabiex jagħtu wiċċ ġdid lil tliet toroq fil-Ħamrun b’investiment ta’ kważi nofs miljun ewro
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow