Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela f’Għawdex bi żjara f’negozju tal-familja, laqgħa mal-Kunsill Lokali tar-Rabat u laqgħa mal-ħaddiema u r-residenti f’Dar Emmaus

pr261281
Date Icon 30/07/2026

Il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri beda ż-żjara tiegħu ġewwa Eman Patisserie, negozju tal-familja li ilu jopera f’Għawdex għal dawn l-aħħar 33 sena. Il-Prim Ministru kellu l-opportunità jisma’ l-istorja ta’ dan in-negozju, fosthom dwar kif l-isem tiegħu jġorr miegħu tifkira personali u għażiża għal din il-familja. Illum, il-membri tal-familja li joperaw Eman Patisserie qed iħarsu ’l quddiem b’ottimiżmu biex ikomplu jiżviluppaw il-ħidma ta’ dan in-negozju li ilha tinbena għal dawn l-aħħar tliet deċenji.

Il-Prim Ministru faħħar il-kuraġġ, id-determinazzjoni u l-ispirtu intraprenditorjali ta’ din il-familja. Huwa nnota li negozji tal-familja bħal Eman Patisserie mhux biss joħolqu opportunitajiet ekonomiċi, iżda jiffurmaw ukoll parti integrali mill-identità u mill-ħajja tal-komunitajiet Għawdxin.

Iż-żjara kompliet b’laqgħa mal-Kunsill Lokali tar-Rabat, fejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru Clint Camilleri iltaqgħu mas-Sindku Brian Azzopardi u l-Kunsilliera tar-Rabat. Matul din il-laqgħa ġew diskussi l-prijoritajiet tal-lokalità, l-isfidi li jiffaċċjaw ir-residenti u l-ħidma konġunta li qed issir bejn il-Gvern u l-Kunsill Lokali. Dr Abela saħaq fuq kif il-Kunsilli Lokali huma msieħba ewlenin fit-tisħiħ tal-komunitajiet u fil-ħidma biex tkompli titjieb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti.

Il-Prim Ministru Abela żar ukoll Dar Emmaus, ‘Emergency Shelter’ għal dawk l-adulti li jisfaw bla saqaf fuq rashom kif ukoll tagħti kenn u appoġġ lill-vittmi ta’ vjolenza domestika. Din id-Dar hi mmexxija mill-Fondazzjoni Kenn u Tama — Organizazzjoni Mhux Governattiva u tikkonsisti f’żewġ appartamenti li ġew attrezzati sabiex mhux biss joffru servizzi residenzjali lill-adulti u t-tfal tagħhom imma ukoll biex jiġu offruti programmi ta’ kura u riabilitazzjoni. 

Matul din iż-żjara Dr Abela ltaqa’ ukoll ma’ ħaddiema miIl-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS li tikkollabora mill-qrib mat-tmexxija ta’ Dar Emmaus permezz tad-Direttorat tagħha f’Għawdex fejn ta’ kuljum, ħaddiema soċjali jaħdmu ma’ dawn il-persuni li minħabba raġuni jew oħra jispiċċaw bla saqaf fuq rashom.  Dawn il-ħaddiema jibqgħu jsegwu lir-residenti ta’ Dar Emmaus, bil-għan li jingħataw l-għodod u l-għajnuna meħtieġa biex jerġgħu jibnu ħajjithom b’mod indipendenti.

Bejn l-2022 u l-2025, il-Gvern u l-Fondazzjoni Kenn u Tama daħlu fi ftehim ta’ aktar minn €500,000 biex ikomplu jissaħħu s-servizzi offruti minn Dar Emmaus lil persuni vulnerabbli f’Għawdex. Dan l-investiment qed jitkompla permezz ta’ ftehim ta’ sħubija bejn il-Fondazzjoni Kenn u Tama u l-Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja għall-perjodu bejn l-2025 u l-2027. Permezz ta’ dan il-ftehim qed jiġi allokat finanzjament totali ta’ €565,020 fuq medda ta’ tliet snin.

Il-Prim Ministru rringrazzja lill-ħaddiema u lill-voluntiera kollha involuti fil-ħidma li ssir minn Dar Emmaus u tenna l-impenn tal-Gvern li jibqa’ jinvesti f’servizzi li jħarsu d-dinjità tal-persuna u joffru sostenn konkret lil dawk li jkunu għaddejjin minn ċirkostanzi diffiċli.

Huwa saħaq li l-investiment f’Għawdex għandu jħaddan kull aspett tal-ħajja Għawdxija, mill-iżvilupp tan-negozji u t-tisħiħ tal-Kunsilli Lokali sal-appoġġ lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela f’Għawdex bi żjara f’negozju tal-familja, laqgħa mal-Kunsill Lokali tar-Rabat u laqgħa mal-ħaddiema u r-residenti f’Dar Emmaus
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela f’Għawdex bi żjara f’negozju tal-familja, laqgħa mal-Kunsill Lokali tar-Rabat u laqgħa mal-ħaddiema u r-residenti f’Dar Emmaus
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela f’Għawdex bi żjara f’negozju tal-familja, laqgħa mal-Kunsill Lokali tar-Rabat u laqgħa mal-ħaddiema u r-residenti f’Dar Emmaus
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow