Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA, MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMSATUR

pr261279
Date Icon 30/07/2026

“Trapped Behind the Scam” – Forom ġodda ta’ sfruttament u traffikar tal-bnedmin

Malta ngħaqdet mal-komunità internazzjonali sabiex tfakkar il-Jum Dinji kontra t-Traffikar tal-Bnedmin.

Nhar il-Ħamis filgħodu ttellgħet konferenza nazzjonali bit-tema “Trapped Behind the Scam”. Matulha ġew maqsuma esperjenzi personali ta’ persuni li ġarrbu mill-qrib diversi tipi ta’ ngann u abbuż. Fosthom spikkaw, il-wegħdiet foloz ta’ impjieg u kriminalità organizzata, li qegħdin iwasslu għal forom ġodda ta’ traffikar u sfruttament tal-bnedmin.

Fil-fatt, it-tema ta’ din is-sena enfasizzat ir-realtà illi dejjem tikber, ta’ persuni li jiġu mħajrin jidħlu għal impjieg permezz ta’ reklami ta’ xogħol jew opportunitajiet li jidhru leġittimi, iżda li jispiċċaw vittmi ta’ sfruttament, xogħol sfurzat jew forom oħrajn ta’ traffikar tal-bnedmin.

Din il-konferenza organizzata mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) laqqgħet flimkien professjonisti, rappreżentanti ta’ entitajiet governattivi u mhux governattivi u esperti lokali u internazzjonali, li ddiskutew l-isfidi emerġenti, it-tisħiħ tal-kollaborazzjoni bejn is-servizzi u l-bżonn li jitqajjem aktar għarfien dwar dan ir-reat serju li jkompli jhedded id-dinjità u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u l-Familja Michael Falzon tkellem dwar l-importanza ta’ aktar prevenzjoni, it-taħriġ tal-professjonisti u emfasi fuq aktar protezzjoni tal-vittmi speċjalment meta jkunu akkumpanjati minn minuri.

“Flimkien nistgħu nsaħħu l-għarfien, u nipproteġu aktar persuni vulnerabbli, filwaqt li nkattru ħidma għal soċjetà fejn ħadd ma jibqa’ maqbud wara kull tip ta’ ingann. Ejja niftħu aktar għajnejna għal relazzjonijiet online b’pass mgħaġġel wisq jew li jinvolvu talbiet suspettużi,”  stqarr il-Ministru Falzon.

Min-naħa tagħha l-Ministru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili, Rosianne Cutajar spjegat kif it-traffikar tal-bnedmin huwa wieħed mill-aktar ksur serji tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. 

“Dan huwa fenominu li jeħtieġ niġġielduh b’mod kollettiv bħala Gvern wieħed. Fiż-żmien li ġej ser inkunu qed indaħħlu fis-seħħ direttiva Ewropea sabiex pajjizna jaġġorna l-liġijiet li jirriflettu t-toqol ta’ din il-pjaga,” stqarret il-Ministru Rosianne Cutajar.

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Keith Azzopardi Tanti qal li l-fondi Ewropej huma l-mutur li qed jmexxu din il-missjoni ’l quddiem. “Permezz tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, qed nidderieġu investimenti strateġiċi f'taħriġ għall-ħaddiema, protezzjoni lill-vittmi u servizzi ta' appoġġ sabiex niżguraw li ħadd ma jibqa' maqbud fid-dlam.”

Intant matul is-sena li għaddiet, l-FSWS kompliet issaħħaħ il-ħidma tagħha favur persuni vulnerabbli u dawk li esperjenzaw sfruttament jew traffikar tal-bnedmin. Dawn il-każijiet juru li dan ir-reat għadu realtà li teħtieġ rispons koordinat, identifikazzjoni bikrija u appoġġ kontinwu għall-vittmi.

Matul din il-konferenza ġew dikussi każijiet reali, fejn fost oħrajn waħda mill-vittmi, li kienet taħdem f’parlour tal-massaġġi, żvelat kif kienet imġiegħla tipprovdi servizzi sesswali lil 1,800 klijent fi żmien tliet xhur. 

Vittma oħra rrakkuntat li meta rnexxielha taħrab mill-burdell u kienet fi triqitha lejn l-għassa tal-pulizija biex tirrapporta r-reat, it-traffikant ċemplilha u heddidha li jekk ma terġax lura immedjatament, kien se jagħti n-nar lill-appartament fejn kienu għadhom jinsabu żewġ nisa oħrajn.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA, MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMSATUR
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA, MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMSATUR
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA, MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMSATUR
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow