Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U L-PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261275
Date Icon 30/07/2026

L-Oppożizzjoni għal darb'oħra qabdet ċifra waħda u tatha interpretazzjoni skorretta, filwaqt li injorat l-istampa sħiħa tal-istħarriġ. Għal darb'oħra qed tagħżel li tikkritika kollox, mingħajr ma tippreżenta alternattivi jew soluzzjonijiet kredibbli.

Il-fatti huma ċari: dawk li qalu li mhux żmien tajjeb biex jinvestu naqsu minn 32% għal 22%, filwaqt li żdied in-numru ta' dawk li jqisu li issa huwa żmien tajjeb għall-investiment. Dan jikkonferma titjib ċar fis-sentiment tan-negozji lejn l-ekonomija Maltija, skont l-istess stħarriġ li fuqu qed tirreferi l-Oppożizzjoni.

Il-Gvern jirrikonoxxi li dejjem hemm lok għal titjib u għalhekk qed ikompli jaħdem biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja, isaħħaħ il-kompetittività tan-negozji u jmexxi l-ekonomija lejn produttività ogħla u aktar valur miżjud, kif stabbilit fil-Viżjoni Malta 2050.

Dan qed isir permezz ta' miżuri konkreti, fosthom l-iskema MicroInvest, li tappoġġja wkoll żidiet fil-pagi; investiment ta' €100 miljun fis-sena fl-awtomazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali u t-taħriġ; kif ukoll l-iskemi ta' Malta Enterprise, li jgħinu lin-negozji jinvestu fit-teknoloġija, iżidu l-produttività u jnaqqsu d-dipendenza fuq xogħol ta' valur baxx. Fl-istess waqt, BusinessFirst qed tkompli tipprovdi gwida u assistenza lin-negozji żgħar u medji.

Ir-riżultati ta' dawn il-miżuri qed jidhru fit-tip ta' investiment li Malta qed tattira f'setturi ta' valur miżjud, fosthom il-medtech, is-semikondutturi, il-microchips, l-esports u l-industriji diġitali. Malta se tkompli tgawdi minn ekonomija b'saħħitha u reżiljenti, b'aktar impjiegi ta' kwalità u tkabbir ekonomiku sostenibbli, kif rikonoxxut ukoll minn istituzzjonijiet internazzjonali bħall-IMF u l-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-Gvern jappella lill-Oppożizzjoni biex, flok tikkritika sempliċement biex tikkritika, taħdem id f'id magħna fl-interess tal-familji Maltin u Għawdxin. Fi żmien ta' sfidi ekonomiċi globali, pajjiżna jeħtieġ serjetà, responsabbiltà u sens ta' għaqda nazzjonali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow