Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ “Meta tisma’ tkun tista’ tippjana u taġixxi aħjar” – Il-Ministru Glenn Bedingfield fuq l-inizjattiva Irrid Nisma’

PR261255
Date Icon 27/07/2026

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Glenn Bedingfield nieda inizjattiva ġdida bl-isem Irrid Nisma’, li permezz tagħha qed jagħti l-opportunità lir-residenti jiltaqgħu miegħu personalment sabiex jaqsmu miegħu t-tħassib, il-proposti u l-ideat tagħhom dwar il-lokalità fuq temi ta’ sigurtà.

L-ewwel sessjoni ta’ din l-inizjattiva saret f’Tas-Sliema, fejn numru ta’ residenti u rappreżentati ta’ għaqdiet tar-residenti ħadu l-opportunità li jkollhom laqgħa individwali mal-Ministru. Ħafna mid-diskussjonijiet iffukaw fuq l-infurzar tal-liġi u l-buonordni. 

Ta’ min jinnota li l-proġett tal-Pulizija fil-Komunità ntlaqa’ tajjeb u l-Ministru sostna li se jkomplu jibnu fuqu.

Il-Ministru Glenn Bedingfield sostna li “din l-inizjattiva twieldet mill-konvinzjoni tiegħi li l-aqwa politika hija dik mibnija fuq dak li għandhom x’jgħidu n-nies. Kelli diskussjoni franka ma’ ħafna residenti. Meta tisma’ tkun tista’ tippjana aħjar u taġixxi biex ittejjeb l-operat.” 

Qabel ma beda jiltaqa’ mar-residenti, il-Ministru ltaqa wkoll mas-Sindku ta’ Tas-Sliema, John Pillow. Il-Ministru Bedingfield qal li qed jitħejja rapport li se jkun qed jiġi diskuss internament mal-Kunsill Lokali. 

Ir-residenti li attendew laqgħu b’mod pożittiv din l-inizjattiva fejn setgħu jiddiskutu l-kwistjonijiet tagħhom direttament mal-Ministru.

Il-Ministru Bedingfield irringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw u qal li l-kontribut tagħhom huwa essenzjali biex il-politika tkun aktar qrib ir-realtajiet tan-nies.

L-inizjattiva Irrid Nisma’ se tkompli matul il-ġimgħat u xhur li ġejjin f’lokalitajiet oħra madwar il-pajjiż, bil-għan li aktar residenti jkollhom l-opportunità jiltaqgħu mal-Ministru u jwasslu l-fehmiet tagħhom direttament.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ “Meta tisma’ tkun tista’ tippjana u taġixxi aħjar” – Il-Ministru Glenn Bedingfield fuq l-inizjattiva Irrid Nisma’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ “Meta tisma’ tkun tista’ tippjana u taġixxi aħjar” – Il-Ministru Glenn Bedingfield fuq l-inizjattiva Irrid Nisma’
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow