Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Imwettqa wegħda elettorali oħra fil-qasam tal-IVF, filwaqt li jkompli jissaħħaħ l-aċċess għall-ittestjar ġenetiku

PR261249
Date Icon 25/07/2026

Il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Ian Borg u l-Ministru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili Rosianne Cutajar, żar il-Klinika tal-Assisted Reproductive Technology (ART) u l-Laboratorju tal-IVF fl-Isptar Mater Dei. Matul din iż-żjara l-Prim Ministru ra mill-qrib ix-xogħol li qed isir biex aktar persuni u familji jkollhom il-possibbiltà li jsiru ġenituri.

Huwa ltaqa’ wkoll ma’ tobba, infermiera, qwiebel u speċjalisti fl-embrijoloġija. Filwaqt li ngħata spjegazzjoni dwar l-istadji differenti tal-proċess tal-IVF, mill-ħażna tal-embrijuni sal-proċeduri fil-laboratorju. Iż-żjara ntemmet b’laqgħa ma’ rappreżentanti mediċi u amministrattivi.

Din iż-żjara saret fl-isfond tat-twettiq ta’ wegħda oħra mill-manifest elettorali. Dan hekk kif il-lista ta’ kundizzjonijiet ġenetiċi eliġibbli għall-Preimplantation Genetic Testing for Monogenic Disorders, magħruf aħjar bħala l-PGT-M, qed tiġi mwessgħa bl-inklużjoni ta’ sbatax-il kundizzjoni. Din il-proċedura tista’ tintuża minn ġenituri prospettivi sabiex jevitaw li jgħaddu kundizzjonijiet ta’ saħħa li jintirtu lil uliedhom.

Il-Prim Ministru qal li wara li fl-ewwel mitt jum tal-leġiżlatura preċedenti l-Gvern introduċa emendi fil-liġi dwar l-IVF, fosthom l-introduzzjoni tal-PGT-M, issa, f’konformità mal-impenn elettorali tiegħu, qed ikompli jwessa’ l-lista ta’ kundizzjonijiet ġenetiċi li għalihom jista’ jsir dan it-test b’mod volontarju. Dan il-pass mhux biss se jagħti l-opportunità lil aktar koppji sabiex isiru ġenituri, iżda se jagħti serħan il-moħħ lill-ġenituri dwar is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja ta’ wliedhom. Dr Abela żied jgħid li dawn il-bidliet leġiżlattivi se jnaqqsu burokrazija fil-proċessi filwaqt li jikkonfermaw l-impenn ta’ din l-amministrazzjoni li tkompli ssaħħaħ servizz dejjem aktar inklussiv, modern u msejjes fuq l-aħħar avvanzi fix-xjenza u l-mediċina.

Huwa għamel ukoll referenza għal dak li ġie mħabbar ftit tal-ġranet ilu fejn pajjiżna rreġistra riżultati ferm ogħla minn dawk tal-medja Ewropea, kemm fit-trattamenti tradizzjonali tal-IVF kif ukoll f’dawk bl-użu ta’ donor sperm u donor oocytes. Huwa rrimarka li dawn ir-riżultati pożittivi juru biċ-ċar li r-riformi u l-investiment kontinwu li saru matul dawn l-aħħar snin qegħdin iwasslu għar-riżultati pożittivi ferm. Matul is-sena l-oħra, jiġifieri f’sena waħda biss, twieldu rekord ta’ 254 tarbija permezz tal-IVF, filwaqt li minn mindu bdew jingħataw is-servizzi tal-IVF f’Malta twieldu aktar minn 1,000 tarbija.

Il-Prim Ministru Robert Abela sostna li l-Gvern se jibqa’ jara li jkompli jinvesti fil-mediċina riproduttiva biex aktar familji jingħataw tama, appoġġ u opportunitajiet xierqa biex isiru ġenituri. Huwa rringrazzja lill-professjonisti kollha għad-dedikazzjoni tagħhom kif ukoll għall-kura speċjalizzata li jagħtu ta’ kuljum lill-pazjenti.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Imwettqa wegħda elettorali oħra fil-qasam tal-IVF, filwaqt li jkompli jissaħħaħ l-aċċess għall-ittestjar ġenetiku
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Imwettqa wegħda elettorali oħra fil-qasam tal-IVF, filwaqt li jkompli jissaħħaħ l-aċċess għall-ittestjar ġenetiku
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Imwettqa wegħda elettorali oħra fil-qasam tal-IVF, filwaqt li jkompli jissaħħaħ l-aċċess għall-ittestjar ġenetiku
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow