STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jippublika r-Rapport Annwali u l-Istqarrijiet Finanzjarji tiegħu għas-sena 2025
Dalgħodu l-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, ippreżenta formalment lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Carmelo Abela, ir-Rapport Annwali u l-Istqarrijiet Finanzjarji ta' l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għas-sena 2025. Essenzjalment, dan ir-Rapport komprensiv u informattiv jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet ewlenin tal-Uffiċċju, il-kisbiet tiegħu u l-prestazzjoni finanzjarja matul is-sena. Ir-Rapport jenfasizza wkoll l-avvenimenti ewlenin, l-inizjattivi strateġiċi u l-isforzi kollaborattivi li twettqu. Kif innota l-Awditur Ġenerali fl-introduzzjoni tar-Rapport, din tassew kienet sena oħra memorabbli għall-Uffiċċju.
Ir-Rapport ikompli jagħti rendikont tal-involviment estensiv tal-NAO fuq livell istituzzjonali u internazzjonali matul is-sena 2025, li jirrifletti l-impenn tiegħu li jsaħħaħ il-kooperazzjoni professjonali, l-iskambju tal-għarfien u l-eċċellenza fil-verifika kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak internazzjonali. Fost l-avvenimenti internazzjonali ewlenin ospitati mill-NAO f'Malta jispikkaw il-laqgħa prestiġjuża tal-EU Contact Committee, li ġabet flimkien lill-Awdituri Ġenerali u lill-Kapijiet tal-istituzzjonijiet nazzjonali tal-awditjar tal-istati membri tal-EU, organizzata f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, kif ukoll it-23 Assemblea tal-Grupp ta' Ħidma tal-INTOSAI dwar l-Awditjar Ambjentali.
Dan ir-Rapport Annwali jinkludi wkoll l-Istqarrijiet Finanzjarji awditjati tal-NAO, li jipprovdu ħarsa ġenerali lejn il-prestazzjoni u l-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja taħt reviżjoni.
Biex tara r-Rapport (.pdf), jekk jogħġbok segwi din il-ħolqa
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922