Left arrow Go Back

​​​​STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Malta għandha kooperazzjoni b’saħħitha mal-EUAA – il-Ministru Glenn Bedingfield

pr261221
Date Icon 20/07/2026

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Glenn Bedingfield żar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA), fejn iltaqa’ mad-Direttur Eżekuttiv Nina Gregori u membri tat-tmexxija għolja tal-Aġenzija.

Il-laqgħa ffukat fuq il-kooperazzjoni b'saħħitha bejn Malta u l-EUAA, il-kollaborazzjoni kontinwa fil-qasam tal-ażil, kif ukoll fuq l-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil.

Il-Ministru Bedingfield irringrazzja lill-Aġenzija għall-appoġġ kontinwu li tat lil Malta matul is-snin, filwaqt li ddeskriva lill-EUAA bħala sieħeb ta' fiduċja li kellu rwol ewlieni fit-tisħiħ tas-sistema tal-ażil tal-pajjiż.

“Malta tagħti valur kbir lis-sħubija fit-tul tagħha mal-EUAA. Permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib, bnejna sistema tal-migrazzjoni u tal-ażil li hija aktar effiċjenti, aktar reżiljenti u aktar ippreparata biex tindirizza l-isfidi tal-futur,” qal il-Ministru.

Il-Ministru laqa’ wkoll l-appoġġ operattiv u tekniku kontinwu tal-Aġenzija, b’mod partikolari fil-qasam tar-rilokazzjoni, is-servizzi ta' interpretazzjoni, it-tisħiħ tal-kapaċità u t-taħriġ.

Huwa nnota l-progress sinifikanti li għamlet Malta f’dawn l-aħħar snin, fosthom tnaqqis ta’ 93% fil-wasliet irregolari meta mqabbel mal-2019, kif ukoll tnaqqis sostanzjali fl-applikazzjonijiet għall-ażil pendenti.

“Dawn ir-riżultati juru li politika dwar l-immigrazzjoni bbilanċjati, ġusti u konsistenti jagħtu l-frott. Filwaqt li nibqgħu viġilanti minħabba r-realtajiet ġeografiċi ta' Malta, nibqgħu impenjati li nkomplu nsaħħu s-sistemi tagħna skont l-interessi nazzjonali u l-obbligi Ewropej,” żied jgħid il-Ministru Bedingfield.

Id-diskussjonijiet iffukaw ukoll fuq l-implimentazzjoni tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, bil-Ministru Bedingfield jisħaq dwar l-impenn ta' Malta li tkompli taħdem mill-qrib mal-EUAA fl-implimentazzjoni tal-qafas Ewropew il-ġdid.

Il-Ministru laqa’ wkoll it-twaqqif tal-EUAA Academy f'Malta, filwaqt li nnota li din se tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' għarfien u kompetenzi speċjalizzati fil-qasam tal-ażil u l-akkoljenza, filwaqt li tkompli ssaħħaħ l-istandards professjonali madwar l-Ewropa.

​​​​STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Malta għandha kooperazzjoni b’saħħitha mal-EUAA – il-Ministru Glenn Bedingfield
​​​​STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Malta għandha kooperazzjoni b’saħħitha mal-EUAA – il-Ministru Glenn Bedingfield
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow