Left arrow Go Back

STQARRIJA MIIL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-impenn tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli u żvilupp urban sostenibbli fin-Nazzjonijiet Uniti

pr261206
Date Icon 17/07/2026

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici tenna l-impenn ta' Malta favur akkomodazzjoni affordabbli u żvilupp urban sostenibbli waqt il-Laqgħa ta' Livell Għoli tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Reviżjoni ta' Nofs it-Terminu tal-Aġenda Urbana l-Ġdida, li saret fi New York.

Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru Bonnici ddeskriva l-akkomodazzjoni affordabbli bħala pedament għad-dinjità, il-benesseri, l-opportunità u l-koeżjoni soċjali. Huwa osserva li, għaxar snin wara l-adozzjoni tal-Aġenda Urbana l-Ġdida, l-isfidi relatati mal-akkomodazzjoni, l-inklużjoni soċjali, ir-reżiljenza għall-klima u l-użu sostenibbli tal-art għadhom fost l-aktar prijoritajiet ta' importanza fuq livell globali.

Il-Ministru enfasizza l-esperjenza ta' Malta bħala wieħed mill-aktar pajjiżi b'densità għolja ta' popolazzjoni fl-Ewropa, fejn ir-riżorsi limitati tal-art u l-bidliet demografiċi jeħtieġu ppjanar fit-tul u policies li jqiegħdu lin-nies fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet biex jinbnew komunitajiet aktar sostenibbli.

Huwa spjega kif il-Gvern Malti qed ikompli jsaħħaħ l-investiment tiegħu fl-akkomodazzjoni permezz tal-Awtorità tad-Djar, b'miżuri li jinkludu l-provvista ta' akkomodazzjoni soċjali, skemi ta' assistenza għall-kera, appoġġ għal dawk li qed jixtru l-ewwel dar tagħhom u għajnuna speċjalizzata għal persuni u familji vulnerabbli. Dawn il-miżuri qed jgħinu eluf ta' familji jkollhom aċċess għal akkomodazzjoni adegwata u affordabbli.

Il-Ministru rrefera wkoll għall-ħidma tal-Gvern biex jiġu provduti opportunitajiet ta' akkomodazzjoni lil individwi u familji li ma jikkwalifikawx għal akkomodazzjoni soċjali iżda xorta jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex jidħlu fis-suq tal-proprjetà.

Matul l-indirizz tiegħu, il-Ministru enfasizza wkoll il-viżjoni fit-tul ta' Malta, il-Viżjoni Malta 2050, li tqiegħed l-akkomodazzjoni fost il-pilastri ewlenin tal-prosperità ekonomika, is-sostenibbiltà ambjentali u l-koeżjoni soċjali. Semma wkoll l-inizjattiva nazzjonali 'Id-Dar t'Għada', li qed tgħin fit-tfassil ta' policies fit-tul li jwieġbu għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu taż-żgħażagħ, il-familji, l-anzjani u gruppi vulnerabbli.

Il-Ministru Bonnici saħaq li l-politika dwar l-akkomodazzjoni trid tkompli tippromwovi r-reżiljenza għall-klima, is-sostenibbiltà ambjentali u l-użu responsabbli tal-art, filwaqt li tiżgura aċċess ugwali għal kulħadd.

Il-Ministru appella għal aktar kooperazzjoni internazzjonali, mekkaniżmi innovattivi ta' finanzjament u sħubijiet aktar b'saħħithom biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Aġenda Urbana l-Ġdida.

"L-aċċess għal akkomodazzjoni adegwata huwa aktar minn għan soċjali – huwa pedament għad-dinjità, l-opportunità, il-benesseri u r-reżiljenza. Id-djar li nibnu llum se jsawru l-komunitajiet li se nħallu lill-ġenerazzjonijiet futuri," qal il-Ministru Bonnici.

Huwa temm billi tenna li Malta tibqa' impenjata li taqsam l-esperjenza tagħha u tkompli taħdem mal-imsieħba internazzjonali biex jinbnew komunitajiet aktar inklużivi, reżiljenti u sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u ta' għada.

STQARRIJA MIIL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-impenn tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli u żvilupp urban sostenibbli fin-Nazzjonijiet Uniti
STQARRIJA MIIL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-impenn tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli u żvilupp urban sostenibbli fin-Nazzjonijiet Uniti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow