Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Ħruġ ġdid ta' Stock tal-Gvern ta' Malta b'Rata ta' Mgħax Fissa – Awwissu 2026

pr261205
Date Icon 17/07/2026

L-Accountant General qiegħed iħabbar il-ħruġ ta' Stock tal-Gvern ta' Malta ta' tliet mitt miljun Ewro (€300,000,000) f'xi wieħed jew f'kull wieħed minn dawn iż-żewġ stocks imsemmija aktar 'l isfel:

(i) 3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2036 (IV); u

(ii) 4.25% Stock tal-Gvern ta' Malta 2046 (II)



Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' Ewro (€200,000,000) oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.



Membri tal-pubbliku li huma interessati li jinvestu, jistgħu japplikaw għall-ammont sa massimu ta' erba' mija disgħa u disgħin elf u disa' mitt Ewro (€499,900) kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn persuna waħda jew flimkien ma' persuna jew persuni oħra. L-applikazzjonijiet għall-membri tal-pubbliku jintlaqgħu minn nhar it-Tnejn, is-27 ta' Lulju 2026 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, id-29 ta' Lulju 2026 jew aktar kmieni, fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.



Applikazzjonijiet mingħand investituri wholesale magħmulin f'offerti bi rkant jiftħu l-Ġimgħa, il-31 ta' Lulju 2026 fit-8.30 a.m. u jagħlqu 12.00 pm (f'nofsinhar) (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.



L-Accountant General se jkun qed iħabbar il-prezz ta' kull stock li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku nhar il-Ħamis, it-23 ta' Lulju 2026. Dawn il-prezzijiet se jiġu ppubblikati permezz ta' stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).



Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta' kull stock li jiġi allokat lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti bi rkant, jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.



Il-formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u fornituri oħra awtorizzati ta' servizzi ta' investiment. Formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor (https://treasury.gov.mt/servizzi/) minn nhar il-Ġimgħa, l-24 ta' Lulju 2026.



Aktar tagħrif dwar dawn l-istocksjinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li tista' titniżżel minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor minn nhar il-Ġimgħa, is-17 ta' Lulju 2026.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow